Tuesday, January 4

Qomt Bla Nifs

Kellna niltaqgħu dalgħodu. Kellna mmorru nieħdu kafe. Kafe pingado, bħal dak li kont dewwaqtni u darrejtni int, meta konna Lisbona flimkien. Qas ilu erbgħa xhur, imma jinħassu eternita. Kien ilni nistennieh dan il-mument. Xahar, tlett ġimgħat u jumejn, biex inkun eżatt.  W issa dalgħodu, fis-sebgħa kellna niltaqgħu, u kelli l-friefet f'qalbi. Friefet u tferfir minn dawk li qas sigarett, Pueblo blu, mil-qawwi u bla filter, tal-bennejja, ma jirnexxilu jikkalmhom.

U int, li avolja weġġajtni, naf li ma kienitx b'malizja. U minħabba f'hekk qatt ma bgħattek tieħdu f'għoxx kemm għandek l'hemm. Kienu d-dinja u l-ħajja li qabbduna toroq differenti, u int ma ħtejt xejn. U għalhekk bqajt inħobbok, avolja jekk xi ħadd ħa jsaqsi, jien ħa niċħad. Nilludi lili nifsi.

U kemm tħobbu lil Oreo, dak il-qattus xwejjaħ, abjad u iswed, hemm fid-dar t'ommok, ġewwa raħal minsi f'qiegħ il-Lussemburgu. Mhux ta' b'xejn li għaddejt titmagħhom il-qatates, hemmek fi Ġnien l-Indipendenza, max-xatt.

U wasalt kmieni, ippassiġġajt ftit, mal-mixja tax-xatt li mill-Balluta, fejn ipparkjajt dak il-Mini blu, qadima w imdamdma li għandi. Inżilt bil-pass, waqt li pejjipt sigarett ieħor, forsi l-ostja friefet ġol-kaxxa ta' sidri jieqfu jferfru u jittajjru, u nsib naqra kalma. Rajt wiħed stramb, jiġri u jitkellem waħdu f'nofs il-bankina. Bjond, insomma, xahru bleachjat bil-flokk nofs komma, avolja kien il-bard ta' Jannar.

Dħalt fil-ħanut, dik ir-riħa ta' kafe taqsam. Dik ir-riħa ta' kafe għadu kemm jinxtewa, u jintaħan. U dik tal-ħalib, sħun sħun, waqt li l-barista kienet qegħdha tipprepara Kappuccino għal klijent iehor. U ftit wara ġiet issaqsini x'nixtieq, u għedtilha li "għalissa xejn, għax qiegħed nistenna lil xi ħadd".  Ma kellix paċenzja, iżda bqajt issumat niċassa lejn l-arloġġ. Is-sekondiera ddur u ddur u ddur, minuta wara l-oħra, nistenna lilek titfaċċa fil-bieb, newdhen fuq x'nista' ngħidlek. U f'iktar minn "Hello", moħħi ma bediex jaħseb.

Imma int bqajt ma tfaċċajtx. Għaddiet kwarta, nofs siegħa, u bdejt naqta qalbi. Issuppervjajt, u qomt minn mal-mejda u mort mal-bank. "Espresso doppju jekk jogħoġbok". Sakemm qdietni l-barista, rembilt sigarett ieħor. Newwlitli l-kafe, u wara li fqajtu żokkor, tant li jdardrek, niżżiltu f'nifs wiħed. Qbadt ġidi, u tlaqt il-barra.

Imma hemmhekk bqajt issummat. Nara ambulanza, nara karozzi tal-puluzija, eżatt hemm, fejn naf li jkunu l-qtates. Ittawwalt minn ftit l-bogħod, u huma jpoġġu l-liżar abjad fuq ġisem mitluq, ngħaraf wiċċek, b'dik il-ħlewwa kollha tiegħu. B'dak ix-xagħar bjond u twil ...

--- o ---

U qomt bla nifs. Ftaħt għajnejja, u kull ma rajt dak is-saqaf abjad, li fid-dawl tas-sitta ta' filgħodu jidher iktar qisu xi ġriż maħmuġ. Ma stajtx nieħu nifs, qisu xi ħadd kien qabadni minn għonqi u qiegħed jifgani. Ma nafx kif inqlajt minn fuq is-sodda, u għotort għal mal-art. In-nifs b'xi mod ġie, u infqajt nolfoq qisni tarbija, kollni għaraq li xaqq għalija matul il-lejl. Hemm mal-art, kobba, fuq dak il-madum kiesaħ u iebes. 

U għal--grazzja t'Alla, anzi x'qiegħed ngħid, tal-allat kollha li qatt kien hemm, u li qatt għad ikun hemm, veri jew foloz, int ma tinsabx hawn u hekk. Int tinsab tajba, u tinsab f'saħħtek. U avolja l-ħajja ħaditna f'toroq differenti, u ma naħsibx li qatt ħa terġgħa tlaqqana, ma rrid qatt li qatt jiġrilek xi ħaġa. U nispera li tinsab kuntenta. Dan ngħidu mhux għax għadni inħobbok, imma għax l-ebda mara fuq wiċċ din id-dinja misħuta ma ħaqqha hekk. Ħadd u l-ebda!

U avolja l-kafe ma naħsibx li qatt ħa nerġgħu neħduh flimkien, għallinqas int għadek tista tgawdih, u nispera jibqa hekk għal dejjem, mhux kif ġralha Paulina.

Ma kienx ħaqqha hekk Paulina. 

Kien ħaqqha ħafna aħjar Paulina.

U lanqas l-allat kollha li qatt kien hemm, u li qatt għad ikun hemm, ma jirnexxilhom iżommuni milli inqattgħu biċċiet b'idejja stess, lil xi ħadd bħal dak il-purċinell beżqa li lil povra Paulina għamillha hekk, jekk qatt xi ħadd jagħmel hekk lilek.

--- o ---

U lilek, il-qarrej, ftakru dan l-isem. Paulina Dembska. U ara tazzarda qatt tinsieħ! Għax hi kienet bint xi ħadd, probabbli oħt xi ħadd, u x'imkien fuq wiċċ din id-dinja mnejka, hemm uħud, li għadhom iħobbuha bl-istess mod kif jien għadni nħobb lil min telaqni. 

U barra minn fuqek, anzi barra minn fuqna t-tnejn, u kulħadd fuq wiċċ did-dinja, li xi ħadd ikollu jgħaddi minn dak li għaddiet hi, u dawk li kienu jħobbuha.

Kien ħaqqha ħafna aħjar Paulina.

Thursday, February 6

Ma Jinteressanix

Ma jinteressanix iktar,
U żgur ma rridx inkun naf,
La fuq fejn mort dan is-sajf għal btala,
W anqas fuq dik il-veduta liema bħalha.

Għajjejt, u għajjejt ta' veru
Li ta' kuljum irrid ngħaddi minnha
Il-passjoni li naħseb fik kull filgħod'
Avolja naf kemm qegħdha il-bogħod

Ma jinteressanix iktar,
Minn xiex inti għaddejja
Hekk jew b'hekk lil ħadd ieħor trid ħdejk,
Biex itik xi bewsa fuq ħuġbejk.

Għajjejt, u għajjejt ta' veru
Newdhen, nittama u nixxennaq
Naħseb fuqek filwaqt li nħares lejn ix-xmara,
Biex terggħa tħallini hemm, qisni ġbara.

Ma jinteressanix iktar,
Ma fadalli xejn iktar xi ngħidlek.
L-għażla tiegħek int għamilta,
Avolja jien qatt ma fhimta ...

Għajjejt, u għajjejt ta' veru
Waqt li nieħu nifs ieħor, b'das-sigarett f"idi,
Għax fejn qatt bsart, li minflok b'idi f'tiegħek,
Kont ħa nkun hawn, nibki l-memorji li għamilt miegħek

Sunday, April 29

F'Għoxx Min?


F’għoxx min iqum kmieni fi-għodu mingħajr żveljarin,
U kapaċi joħroġ mid-dar bla ma jieħu kafe

F’għoxx min imur għal-ġurnata xogħol,
Imbagħad jibqalu l-enerġija biex jagħmel affarijeit oħra wara

F’għoxx min ma jafx x'inhu l-qtugħ ta’ qalb,
U jħares lejn min esperjenzah b’ċertu inferjorita

F’għoxx min jaħxi,
Għax min qatt ma ħexa, qatt ma mexa’

F’għoxx min qatt ma ħalla pajjiżu warajh,
U xorta mingħalih li jaf x’toffri d-dinja

F’għoxx min jaħseb li l-flus mhux problema,
Għax dejjem ħallaslu u ħadlu ħsieb kollox missieru

F’għoxx min għadu jġib ruħu ta’ tmintax-il sena,
U fil-verita ħa jgħalaq tletin u ma jridx jaċċettha

F’għoxx min jiġieh kollox sew,
Mingħajr qatt ma kellu mument wiħed ta’ tbatija

F’għoxx min jaħseb li kollox għadu sew,
U mhux jinduna li kollox li madwaru kollox ilu li tnejjek

F’għoxx min iqatta ħajjtu għaddej minn ħaġa għal-oħra,
Bla ma jieħu l-mument biex jifhem xiż-żobb qiegħed jagħmel b’ħajjtu

F’għoxx min hu ottimist,
U jipprova jġiegħel lil ħaddieħor ikun bħalu

F’għoxx min hu pessimist,
Li jiġi jipprova jaħxilek il-ġurnata għax hu paranoiku

F’għoxx min m’għandux bajd jaċċetta l-ħajja,
U l-iżvintura tiegħu jrid dejjem jgħid li hi tort ’ħaddiehor

F’għoxx min imur il-knisja nhar ta’ Ħadd,
Biex kif joħroġ fuq iz-zuntier jaqbad izekzek fuq in-nies

F’għoxx min joħroġ jixrob,
U imbagħad qatt ma jidħol lura id-dar fis-sakra

F’għoxx min kapaċi jixrob biss biex jieħu gost,
Għax ma għandu xejn ġewwa fih li jixtieq joqtol bil-valenu li hu l-alcohol

F’għoxx min qatt ma pejjep,
U imbagħad jiġi jgħidlek biex tieqaf għax “għal-ġid tiegħek ...”

F’għoxx min mhux kapaċi jara mara,
Bla ma jara ukoll kif ħa jgħabbiha

F’għoxx min diġa għandu mara,
U moħħu biss f’nisa oħra, biex ikorni

F’għoxx min hu miċ-ċentru,
U jaħseb li n-nofsinhar hu post tal-ħamalli

F’għoxx min jaf il-Malti,
Imbagħad jagħżel li jitkellem bl-ingliż mal-Maltin ta’ madwaru

F’għoxx min ma jibżax,
U ġenwinament jaħseb li xi darba l’quddiem l-ħajja ħa tittrattah tajjeb

F’għoxx min qatt ma ħa riskju,
Għax qatt ma kellu bżonn jagħmel għażla importanti f’ħajtu

F’għoxx min jibqa’ jittama,
U verament jemmen li l-affarijiet xi darba ħa jinbidlu għal-aħjar

F’għoxx kull min jemmen,
Li aħna lkoll nitwieldu u mmutu indaqs

F’għoxx kollox.
F’għoxx kulħadd.

Wednesday, April 11

Cigarettes and Coffee

Cigarette. Coffee. Work. Repeat.
With every nicotine filled breath,
I feel my heart increase in its beat.

They're slowly killing me, and I know that.
But how different is it really,
Than these photos of you I keep looking at?

Up I look and see this cherry blossom tree.
However it is its reflection that haunts
These murky waters, as if it is looking at me.

Somehow, it makes me think of you.
It makes me realise that I'm so lost.
That you moved on and left me here ...
... confused, angry and lonely at most.

This fag is finished, but now what?
Something is missing, but I am not sure,
Back to work so early? Definitely not.

I feel drowsy, tired and sleepy ...
I get a coffee from the shop next door,
Where they probably think I'm creepy.

There is little left for me to do.
Focus on work they usually say,
But nothing makes me feel less blue.

And for a change, it is raining again.
With this, gone is the reflection of this tree.
I am left with only one thought in my brain ...
... did I really have to meet you, that day by the sea?

- "Cigarettes and Coffee", Bremen, Germany. April 2018

Friday, March 16

Alone in the Snow

How did I get here?
I'm in the midst of all this ice and snow.
All alone, far from everything,
And yet, I still feel exposed and on show.

I see these endless plains,
Dotted only with a few trees.
Covered in snow, chest deep,
And on my face this cold breeze.

Three months ago
I seriously did not think of this,
And now that I am here
It is you, that I will surely miss,

- "Alone in the Snow", Kiruna, Sweden. March 2018

Monday, February 19

Tgħid id-Dinja Tisbieħ?

B'żumbett wara l-ieħor,
f'għajnejja d-dinja forsi tisbieħ.
Iżda jiena dejjem hawn
U bil-mod il-mod, naħseb qed niblieh ...

- "Tgħid id-Dinja Tisbieħ?", Birmingham, UK. Frar, 2018

Wednesday, October 25

Il-Ġamra f’Tarf iż-Żumbett

Ħafna sibna ruħna fis-sitwazzjoni li ninsab bħalissa fiha jien. Il-ħajja taf tkun iebsa għal-kulħadd, speċjalment meta naslu għal-kwistjonijiet tal-qalb. B’qasma ta’ qalb, ikolli ngħidlek li ninsab f’sitwazzjoni minn dawn.

Tal-għaġeb kif kull relazzjoni, għalumenu naħseb jien, tixbaħ lil dak iż-żumbett li xi ħadd minn sħabek offrielek xi darba jew oħra. Dejjem titfaċċa opportunita, u jibda kollox meta xi ħabib jew ġabiba, jintefa irembel dak iż-żumbett, jekk ikun f’nofs ta’ xi festin bejn ħbieb ta’ ġewwa, f’xi flett żgħir, f’daħna ta’ sigaretti u mużika ta’ Gigi D’Agostino, qalb l-għajjat fis-saħna tal-argumenti; jekk ukoll ikun f’nofs ta’ party qawwi ġewwa l-Liquid, techno biss. U, inkunu qegħdin nigdbu, jekk niċħdu li ma jkunx iħajjrek. Bl-istess mod, jekk hux wiċċ imb’wiċċ waqt li qiegħed tistenna dik il-birra kiesġa li tkun ordnajt, jew fuq l-Internet, jekk hux Tinder jew Facebook jew Instagram, it-tnejn li aħna rajna dik it-tfajla ġustuża, li mil-ewwel mument kif rajnieha, għedna f’qalbna “Illostja x’naghmillha!”. U hemm aħna, bħaż-żumbett, nibdew b’dik ix-xewqa għal dak li għadna m’aħniex ċerti rriduhx.

U kif dik il-birra tinżel għasel, u moħħok jibda jgħid, “U iva, tgħid nieħu nifs minn li qiegħed irembel Steve?”, bl-istess mod waqt li tkun qiegħed tħares darbtejn, hekk hux ma dak il-bar, jew waqt li tistalkja fuq Facebook, taħseb, “Tgħid nibgħatilha xi ħaġa?”. F’tebqa t’għajn, issib ruħħek tibgħatilha messaġġ, bl-istess mod kif bla ma tkun indunajt, kif Pietru joffrielek nifs, ma tgħidx le.

Minn dak il-mument kif taqgħa għat-tentazzjoni, tibda sewwa l-analoġija tiegħi kif relazzjoni, l-imħabba, hija bħaż-żumbett. Minn dak il-mument, tkun xegħelt iż-żumbett, u issa, flimkien, ħa nsegwu dik il-ġamra. Tieħu l-ewwel nifs, u ovvjament li tgawdih, bħal dik it-tbissima li ttik dik it-tfajla meta tieħu ċans u tgħidilha “Hello ...”. Pero, bħal ġamra fit-tarf ta’ dak il-kanun zgħir, dak huwa l-ewwel pass fir-relazzjoni, li ma tirrealizzax biha, għax lanqas biss tkun ħsibt fuqha.

Is-sentiment huwa wiħed tal-ġenn. U għalekk wara ftit, tieħu t-tieni nifs, dik il-ġamra, bdiet dieħla l-ġewwa tul iż-żumbett. U avolja ma tagħtix kas, dak iż-żumbett ikun qabad jiqsar. U meta thoss il-mowbajl jivvibra, u tinduna li hi qabdet tirrispondik lura għal-messaġġi, tkun elat, u titla’ waħda sas-seba’ sema. Tibgħat lura, imma ngħiduha kif inhi, riskju, għax ma tafx hux ha tibgħatlek lura. Bl-istess mod, dak il-kanun tqassmu lil Pietru fuq in-naġa l-oħra, bla ma taf meta ha jiġi lura. Taqsam dik il-ġonta, u bis-saħħa ta’ tnejn min-nies, u iktar, il-ġamra tibda dieħla sew il-ġewwa, iżda tibqa’ ma tagħtix kas. Tibqgħu tibgħatu lil xulxin, u wara ftit toħorġu, forsi għal-darba tnejn. U bis-saħħa tat-tnejn li intom, ir-relazzjoni tibda’ dieħla l-ġewwa ġmielha. B’nifs ieħor smoke, l-istess bħal meta tbusek kif tisbenaħ ħdejk f’soddtok, tħossok tinqata’ minn saqajk u titla f’ġenna tal-art.

Qalb il-paroli u d-diskussjonijiet, dik il-ġonta tkun qabdet tiqsar, u il-ġamra forsi anke xi darba ntfiet u xi ħadd kellu jerġgħa jqabbdu. Toħorġu, tieħdu gost flimkien, u wara ftit, issib ruħħek għandek tfajla. U l-ġamra f’tarf iż-żumbett ġieli ntfiet, u terġgħa tixgħelu, bħal kif ġieli tiġġieldu, u avolja taħseb li kwazi spiċċa kollox fix-xejn, b’xi mod terġgħa tixgħal dik il-fjamma.

Iżda hemmek tinduna, li dak iż-żumbett wasal biex jispiċċa, meta tħoss dik in-naqra ħarqa tal-ġamra kif tibda riesqa lejn subgħajk. L-istess magħha, tinduna li l-konverżazzjoni ta’ issa ma għadiex bħal dik ta’ qabel, dik li kienet tant telak fil-bidu. Tibda tħoss xi ħaġa differenti, ċertu sens ta’ diżappunt, u forsi anka ħarira biża’ għax taf li qiegħed joqrob it-tmiem. Tinduna li dik il-ġonta waslet biex tispiċċa, u hekkel, qisu terġgħa tiġi naqra f’tiegħek.

Meta jkun spiċċa ta’ veru, u fadallek biss ir-rawċ imqabbad ħarira f’idek, tgarah l’hemm, jew mal-art jew forsi f’dak l-ashtray, maħmuġ sebgħa pesti, ħdejn dak il-biċċa speaker waqt il-festin fil-flett li semmejna qabel. Hemmek, f’dak il-mument, xi ħadd minnkom jiddeċiedi li aħjar tieqfu, jew għallinqas, tieħdu dak in-naqra żmien il-bogħod minn xulxin. Insomma, il-verita hi li bġal ma dak iz-zumbett spiċċa, l-istess kienet dik ir-relazzjoni tant għal-qalbek.

...

Iżda ma tieqafx hemm. Tixtieq li tieqaf hemm. Tgħid lil kulħadd li fkollox xorta baqa’ miexi fuq ir-rubini u għaddielek. Imma fil-verita ma tkunx. U hemmek, jien u niċassa naqa moħħi mifqugħ, inħares lejn ir-rawċ, lejn dik il-ġamra għadha ddaħħan ... nsaqsi lili nnifsi, “Meta ha tintefa?”