Sunday, January 29

Il-Platt li Kien Dejjem Taħt

Mela darba, ġewwa cupboard ta' kċina, fl-ewwel sular ta' dar f'ħaż-Żabbar, kien hemm folla sħiħa. Folla magħmula minn kull għadd ta' platti, dixxijiet, plattini, kaxxi tat-Tupperware, u kull min jinzerta jgħaddi mill-kċina f"dik id-dar f'ħaż-Żabbar. Dawn kienu bi kwiethom, fil-maġġor parti tal-ħin, meta l-bieba tal-cupboard kienet tkun miftuħa. Imma fil-mument li din tingħalaq, qisu l-abitanti tal-cupboard kienu jieħdu l-ħajja, u jibdew it-tieni ħajja tagħhom.

Fuq xkaffa minnhom kien hemm sett platti, sett platti ta' sitta. Kont tħares lejhom kont taħseb li dawn kienu kollha l-istess, imma kif tingħalaq il-bieba u dawn jieħdu l-ħajja, kont tinduna x'karattru differenti kellhom minn xulxin. 

Dawn il-platti kienu qattgħu ġafna minn ħajjithom flimkien. Kienu twieldu ġewwa fabbrika, fost familja kbira ħafna magħmula minn ħafna aħwa, platti kollha l-istess. Qishom twins, imma għal xi mitejn darba. Fi tfultihom, ftit wara li twieldu ġewwa din il-fabbrika, kienu ġew magħżulha huma s-sitta, ippakkjati ġewwa l-sitess kaxxa, u mibgħuta madwar id-dinja. Kienu qattgħu ftit żmien sew ġewwa dik il-kaxxa, fil-maħżen tal-impurtatur, sakemm darba waħda, inbiegħu lis-sinjura li kienet toqgħod f'dik id-dar f'ħaż-Zabbar. U min hemm kollox inbidel.

Hi ħadithom id-dar, u wara li ħarġithom mil-kaxxa, dawn il-platti kienu stagħaġbu għal fejn issa kienu jinsabu, meta tqabbel dak iż-żmien kollu fil-kaxxa mudlama. Stagħaġbu iktar, meta ħassew l-dak l-ilma sħun u sapun sakemm kienu qegħdin fis-sink jiġu maħsulha għal-ewwel darba. Tgħidx kemm ħadu gost ukoll jiġu xxuttati minn dik il-biċċa tal-platti sħuna u ratba. Iżda wara, ġratilhom xi ħaġa li qatt ma kienet ħasbet li ħa tiġrilhom qabel. U fuq din tgħidx kemm iddiskutew l-ewwel darba li sabu ruħhom jistgħu jitkellmu, ġewwa dak il-cupboard tal-kċina speċjali, kif ingħalqet il-bieba.

Fejn kien ilhom dak iż-żmien twil kollu fil-kaxxa, mqegħdha fuq ġenbhom u kollha kienu bil-wieqfa ħdejn xulxin, issa kienu wiħed ġo l-ieħor, b'xi ħadd fil-wiċċ u xi ħadd taħt nett, b"sormu mal-ixkaffa.

U kif bdew għaddejjin is-snin, kienet din li għamlet tagħha. Il-platt ta' fuq, magħruf ukoll bħala l-Ewwel platt, kien dejjem kuntent, kuljum joħroġ mil-cupboard għal dawra mal-kċina. U ġieli kien joħroġ iktar minn darba f'ġurnata. Din kienet l-għena tiegħu, għax kull meta kien joħroġ, kien jispiċċa mhux biss biex jieħu waħda minn dawk il-ħasliet bl-ilma sħun u biċċa niexfa li tant kien sar iħobb, imma li l-ewwel kien ħa jduq ikla tajba, li kienet tkun sajjret is-sinjura tad-dik id-dar f'ħaż-Żabbar.

It-Tieni platt, kif issa kien ħa ismu mal-bqija tal-abitanti tal-cupboard, kien ukoll ħa l-fama. Għax jekk tal-Ewwel kien jidħol, u jitkellem fuq kull ikla li kien iduq, tat-Tieni kien joħroġ hu wkoll kważi għal kull ikla ta' filgħaxija. U waqt li tal-Ewwel, ġieli kien iduq l-ikla ta' nofsinhar, wara kien jispiċċa fis-sink sa filgħaxija, filwaqt li t-Tieni platt, li hafna drabi kien ikun ma ħuhom t-Tielet platt, kien iduq dik ta' filgħaxija, u dik kienet tkun ferm itjeb u iktar bnina. Ħalli għalih lit-Tieni platt biex jiftaħar b'dak li jkun daq flimkien mat-Ttielet waqt dik l-ikla, sakemm l-Ewwel kien ikun qiegħed fis-sink jiċassa lejhom.

Issa fl-istess ħin, dejjem kien ikun hemm id-Dixx u t-Taġen il-kbir, jidħqu bih minn taħt għax dak l-istess ikel, kienu sajjruh huma stess, u jafu li qass biss seta joħlhom it-Tieni platt fuq x'kienu daqew huma, anke qabel ma ġie hu. Huma kienu ħafn'ixjeħ minu, u dik il-kċina tas-sinjura, kienu drawha sew matul ħajjithom jgħixu f'dak fil-cupboard.

It-Tielet platt ma kienx bħal ħuħ, l-anqas xejn ma kien bħall-ħuħ ta' fuqu. Kien jiddejjaq jiftaħar. Ħafna drabi, waqt li t-Tieni platt kien ikun għaddej jiftaħar mal-abitanti kollha tal-cupboard fuq dak li daq, hu kien joqgħod bi kwietu, jewdhen fuq x'seta ukoll ikun daq l-Ewwel platt waqt l-ikla ta' nofsinhar, jew inkella fuq x'kienu jagħmlu dawk l-abitanti tal-cupboard li ma tantx kienu joħorġu. Ġieli wkoll baqa lura, meta l-Ewwel platt matul il-jum kien ikun inħasel u tqegħed lura, u allura filgħaxija kienu joħorġu hu u t-Tieni platt biss.

Ir-Raba' u l-Ħames platti kienu dħulin. Iktar fuq tagħhom mit-Tielet, għax avolja kienu joħorġu ftit wisq, meta jiġu l-mistednin biss. Huma kienu drawha l-ħajja ma sħabhom fil-cupboard li kienu joħorġu rari ħafna ukoll. Kienu jkunu dejjem qegħdin jgħidu kelma mal-oħrajn, jittamaw f'li joħorġu jieklu waħda, waqt li ta' fuqhom kienu jgawdu ħafna iktar ta' spiss. Iżda hawn irridu ngħidu li wkoll kienu daquħ sew l-ikel li kien għadda mid-Dixx, u anke dak li sajjar it-Taġen il-kbir, għax dawk dejjem kienu jkunu barra magħhom meta jiġu d-dar l-mistednin.

U fl-aħħar kien hemm ħuhom l-ieħor, is-Sitt platt, jew kif kien jafu kulħadd, il-platt li kien dejjem taħt. Dan qatt ma kienet messitu x-xorti li joħroġ xi darba. Kien kwiet ħafna, u iktar ma għadda ż-żmien, kien dejjem isir iktar kwiet u maqtugħ għal-rasu. Ftit li xejn kien sar jitkellem mal-oħrajn, speċjalment wara li tkun infetħet il-bieba, u għal darb' oħra reġgħa tħalla waħdu fuq dik l-ixkaffa, meta ħutu kollha kienu jkunu qegħdin iduqu minn dak li sajjru d-Dixx u t-Taġen il-kbir. Kienu jaqbduh dwejjaq kbar miskin.

Issa bejniethom, kull meta kienu joħorġu iktar minn wiħed waħdu minn ġo dak il-cupbord, kienet ġieli tiġri li l-Ewwel platt jitpoġġa flok it-Tieni platt, u għal xi żmien, it-Tieni jgħix il-ħajja tal-Ewwel. Darba ġrat lit-tielet li għal ftit ġimgħat, tghidx kemm kien ħa ġost b'dik il-ħajja li tant kien jewdhen fuqha. U tal-Ewwel ma kienx jiddejjaq l-anqas, għallinqas hekk kien jieħu naqra ta" waqfa u ftit mistrieħ min dak ix-xogħol ta' kuljum. Pero' dan kollu qatt ma dam wisq iktar minn ftit ġimgħat jew xhur, għax dejjem b'xi mod kienu jispiċċaw lura f"posthom xi darba jew oħra f'dak il-cupboard. 

Imma darba, f'għodwa li kienet ttik li ma kellha xejn differenti mill-oħrajn ta' qabilha, ġrat ħaġa li qatt ħadd ma kien stenna qabel. Il-bieba tal-cupboard infetħet bħad-drabi l-oħra. U dlonk daħlu ġiex idejn, li qabdu propju lil-platt ta' isfel nett, is-Sitt platt, u b'ħutu kollha fuqu, u ħarġuh barra minn dak il-cupboard. Hemmek inħasad, fl-ajru, jibbilanċja lil ħutu fuqu, imma ftit wara tpoġġa fuq il-wiċċ tal-irħam ta' dik il-kċina. Darba biss kien raħ dak il-wiċċ tal-kċina qabel, eżatt qabel ma intefa' fil-cupboard, biex qatt ma reġgħa ħareġ. Kemm kien hemm dawl u bjuda, riflessa minn fuq dak il-wiċċ tal-irħam. U filwaqt li għal-ħutu l-oħrajn, din kienet xena komuni, hu baqa' imbellaħ b'dak li ra'.

Dixx u t-Taġen kienu diġa barra, u għal-ftit ħin sew. Dan induna bih għax ftakar s-Sitt platt li kien ilu ftit siegħat sewwa minn meta kien rahom jinħarġu mil-cupboard. Hekk kif ġie ħinu, inħasad is-Sitt platt hekk kif daq dak l-ewwel ikel tiegħu. Kienet waħda minn dawk il-lasagne tajbin li kien jinqala' għalihom d-Dixx. U tgħidx kemm gawdha ma sidu s-Sitt platt. Ġietu tajba llum, għax kien propju qiegħed jiekol minnu r-raġel tas-Sinjura ta' dik il-kċina, u dak dejjem ikun irid iktar. Filwaqt li ħutu l-platti l-oħramarru għand mistednin oħrajn, li jieklu inqas. 

Wara t-tieni biċċa lasagne, ħaseb li kien ħa jispiċċa kollox, iżda ma tarax. Hawnekk it-Tieni, tgġidx kemm kien qiegħed iħarislu u jgħir, għaxanke hu kien xtaq iduqha it-tieni biċċa lasagne. Iżda hawn. kien għad fadal jiġi servit xogħol t-Taġen, li minnu mlajr tqassmu naqra fenek u patata moqlija għal fuq kull wiħed minn dawk is-sitt aħwa platti. 

Kullħadd kien fil-ġenna tal-art, u tgħidx kemm ħa ġost ma sidu jiekol minnu. Is-sitt platt reġgħat ġietu tajba hawn ukoll, għal-għira ta' kulħadd, speċjalment tat-Tieni, meta sidu ried ukoll it-tieni biċċa fenek moqli. Qatt ma ħaseb li kien ħa jkun gawdha daqsekk it-tieni platt, pero ma kienx jaf x"kien ġej għal-wiċċu.

Kollha inħaslu wara l-ikla, f"dak l-ilma sħun kollu ragħwa. U dik ix-xuttatura bil-biċċa tant ratba kulħadd ħa gost biha. Imma hemmek ġrat xi ħaġa li ħadd ma kien qed jistenna. Hekk kif is-sinjur ġie biex ipoċċi lil pltti f"posthom, beda bit-Tieni u poggieħ isfel nett. Warajħ iddaħlu it-Tieni w t-Tielet, u fuq kien imisshom din id-darba ir-Raba u l-Ħames. Imma l-iktar li ma stennewx, li s-Sitt platt kien ħa jmissu jidħol fuq nett ta' kulħadd.

Malajr telaqlu l-aptit li jiftaħar lit-Tieni platt, u l-abitanti tal-cupboard kollha ferħulu lis-Sitt platt, li kien s'sisa qas jista' emmen xortih. Fl-aħħar ħa jkun jista' jduq dawk l-ikliet kollha, li kienet tipprepara is-sinjura f'dik il-kċina. U x-xhur għaddew, u sab ruħħu kuntent wisq li dak minn dawk l-ikliet kollha, imma wkoll ddispjaċih għal-hutu, li qabel kienu jgawdu tant, u issa spiċċaw tal-aħħar, kif xi darba hu kien. U waqt li l-Ewwel u t-Tielet platti kienu għaddewha u draw fil-post il-ġdid tagħhom, it-Tieni kien ħadha ħażin wisq, u bilkemm baqa jitkellem, aħseb u ara kemm jiftaħar bħal-qabel.

FEraħ fuq li feraħ is-Sitt platt, imma feraħ ukoll, meta darba reġgħu ġew il-mistednin, u meta daħal lura, sab ruħu it-tielet. Kien gawda biżżejed, u issa xtaq jeġodha iktar relax. 



No comments:

Post a Comment