F’għoxx min iqum
kmieni fi-għodu mingħajr żveljarin,
U kapaċi joħroġ mid-dar bla ma jieħu kafe

F’għoxx min imur
għal-ġurnata xogħol,
Imbagħad jibqalu l-enerġija biex jagħmel affarijeit oħra wara

F’għoxx min ma
jafx x'inhu l-qtugħ ta’ qalb,
U jħares lejn min esperjenzah b’ċertu inferjorita

F’għoxx min
jaħxi,
Għax min qatt ma ħexa, qatt ma mexa’
Għax min qatt ma ħexa, qatt ma mexa’
F’għoxx min qatt
ma ħalla pajjiżu warajh,
U xorta mingħalih li jaf x’toffri d-dinja
U xorta mingħalih li jaf x’toffri d-dinja
F’għoxx min
jaħseb li l-flus mhux problema,
Għax dejjem ħallaslu u ħadlu ħsieb kollox missieru

F’għoxx min għadu
jġib ruħu ta’ tmintax-il sena,
U fil-verita ħa jgħalaq tletin u ma jridx jaċċettha
U fil-verita ħa jgħalaq tletin u ma jridx jaċċettha
F’għoxx min
jiġieh kollox sew,
Mingħajr qatt ma kellu mument wiħed ta’ tbatija
Mingħajr qatt ma kellu mument wiħed ta’ tbatija
F’għoxx min
jaħseb li kollox għadu sew,
U mhux jinduna li kollox li madwaru kollox ilu li tnejjek
F’għoxx min
iqatta ħajjtu għaddej minn ħaġa għal-oħra,
Bla ma jieħu l-mument biex jifhem xiż-żobb qiegħed jagħmel b’ħajjtu

F’għoxx min hu
ottimist,
U jipprova jġiegħel lil ħaddieħor ikun bħalu
U jipprova jġiegħel lil ħaddieħor ikun bħalu
F’għoxx min hu
pessimist,
Li jiġi jipprova jaħxilek il-ġurnata għax hu paranoiku

F’għoxx min m’għandux
bajd jaċċetta l-ħajja,
U l-iżvintura tiegħu jrid dejjem jgħid li hi tort ’ħaddiehor
U l-iżvintura tiegħu jrid dejjem jgħid li hi tort ’ħaddiehor
F’għoxx min imur
il-knisja nhar ta’ Ħadd,
Biex kif joħroġ fuq iz-zuntier jaqbad izekzek fuq in-nies
Biex kif joħroġ fuq iz-zuntier jaqbad izekzek fuq in-nies
F’għoxx min
joħroġ jixrob,
U imbagħad qatt ma jidħol lura id-dar fis-sakra
U imbagħad qatt ma jidħol lura id-dar fis-sakra
F’għoxx min
kapaċi jixrob biss biex jieħu gost,
Għax ma għandu xejn ġewwa fih li jixtieq joqtol bil-valenu li hu l-alcohol
Għax ma għandu xejn ġewwa fih li jixtieq joqtol bil-valenu li hu l-alcohol
F’għoxx min qatt
ma pejjep,
U imbagħad jiġi jgħidlek biex tieqaf għax “għal-ġid tiegħek ...”

F’għoxx min mhux
kapaċi jara mara,
Bla ma jara ukoll kif ħa jgħabbiha
Bla ma jara ukoll kif ħa jgħabbiha
F’għoxx min diġa
għandu mara,
U moħħu biss f’nisa oħra, biex ikorni
U moħħu biss f’nisa oħra, biex ikorni
F’għoxx min hu
miċ-ċentru,
U jaħseb li n-nofsinhar hu post tal-ħamalli

F’għoxx min jaf
il-Malti,
Imbagħad jagħżel li jitkellem bl-ingliż mal-Maltin ta’ madwaru

F’għoxx
min ma jibżax,
U ġenwinament jaħseb li xi darba l’quddiem l-ħajja ħa tittrattah tajjeb
U ġenwinament jaħseb li xi darba l’quddiem l-ħajja ħa tittrattah tajjeb
F’għoxx min qatt
ma ħa riskju,
Għax qatt ma kellu bżonn jagħmel għażla importanti f’ħajtu

F’għoxx min jibqa’
jittama,
U verament jemmen li l-affarijiet xi darba ħa jinbidlu għal-aħjar

F’għoxx kull min
jemmen,
Li aħna lkoll nitwieldu u mmutu indaqs
Li aħna lkoll nitwieldu u mmutu indaqs
F’għoxx kollox.
F’għoxx kulħadd.