Wednesday, October 25

Il-Ġamra f’Tarf iż-Żumbett

Ħafna sibna ruħna fis-sitwazzjoni li ninsab bħalissa fiha jien. Il-ħajja taf tkun iebsa għal-kulħadd, speċjalment meta naslu għal-kwistjonijiet tal-qalb. B’qasma ta’ qalb, ikolli ngħidlek li ninsab f’sitwazzjoni minn dawn.

Tal-għaġeb kif kull relazzjoni, għalumenu naħseb jien, tixbaħ lil dak iż-żumbett li xi ħadd minn sħabek offrielek xi darba jew oħra. Dejjem titfaċċa opportunita, u jibda kollox meta xi ħabib jew ġabiba, jintefa irembel dak iż-żumbett, jekk ikun f’nofs ta’ xi festin bejn ħbieb ta’ ġewwa, f’xi flett żgħir, f’daħna ta’ sigaretti u mużika ta’ Gigi D’Agostino, qalb l-għajjat fis-saħna tal-argumenti; jekk ukoll ikun f’nofs ta’ party qawwi ġewwa l-Liquid, techno biss. U, inkunu qegħdin nigdbu, jekk niċħdu li ma jkunx iħajjrek. Bl-istess mod, jekk hux wiċċ imb’wiċċ waqt li qiegħed tistenna dik il-birra kiesġa li tkun ordnajt, jew fuq l-Internet, jekk hux Tinder jew Facebook jew Instagram, it-tnejn li aħna rajna dik it-tfajla ġustuża, li mil-ewwel mument kif rajnieha, għedna f’qalbna “Illostja x’naghmillha!”. U hemm aħna, bħaż-żumbett, nibdew b’dik ix-xewqa għal dak li għadna m’aħniex ċerti rriduhx.

U kif dik il-birra tinżel għasel, u moħħok jibda jgħid, “U iva, tgħid nieħu nifs minn li qiegħed irembel Steve?”, bl-istess mod waqt li tkun qiegħed tħares darbtejn, hekk hux ma dak il-bar, jew waqt li tistalkja fuq Facebook, taħseb, “Tgħid nibgħatilha xi ħaġa?”. F’tebqa t’għajn, issib ruħħek tibgħatilha messaġġ, bl-istess mod kif bla ma tkun indunajt, kif Pietru joffrielek nifs, ma tgħidx le.

Minn dak il-mument kif taqgħa għat-tentazzjoni, tibda sewwa l-analoġija tiegħi kif relazzjoni, l-imħabba, hija bħaż-żumbett. Minn dak il-mument, tkun xegħelt iż-żumbett, u issa, flimkien, ħa nsegwu dik il-ġamra. Tieħu l-ewwel nifs, u ovvjament li tgawdih, bħal dik it-tbissima li ttik dik it-tfajla meta tieħu ċans u tgħidilha “Hello ...”. Pero, bħal ġamra fit-tarf ta’ dak il-kanun zgħir, dak huwa l-ewwel pass fir-relazzjoni, li ma tirrealizzax biha, għax lanqas biss tkun ħsibt fuqha.

Is-sentiment huwa wiħed tal-ġenn. U għalekk wara ftit, tieħu t-tieni nifs, dik il-ġamra, bdiet dieħla l-ġewwa tul iż-żumbett. U avolja ma tagħtix kas, dak iż-żumbett ikun qabad jiqsar. U meta thoss il-mowbajl jivvibra, u tinduna li hi qabdet tirrispondik lura għal-messaġġi, tkun elat, u titla’ waħda sas-seba’ sema. Tibgħat lura, imma ngħiduha kif inhi, riskju, għax ma tafx hux ha tibgħatlek lura. Bl-istess mod, dak il-kanun tqassmu lil Pietru fuq in-naġa l-oħra, bla ma taf meta ha jiġi lura. Taqsam dik il-ġonta, u bis-saħħa ta’ tnejn min-nies, u iktar, il-ġamra tibda dieħla sew il-ġewwa, iżda tibqa’ ma tagħtix kas. Tibqgħu tibgħatu lil xulxin, u wara ftit toħorġu, forsi għal-darba tnejn. U bis-saħħa tat-tnejn li intom, ir-relazzjoni tibda’ dieħla l-ġewwa ġmielha. B’nifs ieħor smoke, l-istess bħal meta tbusek kif tisbenaħ ħdejk f’soddtok, tħossok tinqata’ minn saqajk u titla f’ġenna tal-art.

Qalb il-paroli u d-diskussjonijiet, dik il-ġonta tkun qabdet tiqsar, u il-ġamra forsi anke xi darba ntfiet u xi ħadd kellu jerġgħa jqabbdu. Toħorġu, tieħdu gost flimkien, u wara ftit, issib ruħħek għandek tfajla. U l-ġamra f’tarf iż-żumbett ġieli ntfiet, u terġgħa tixgħelu, bħal kif ġieli tiġġieldu, u avolja taħseb li kwazi spiċċa kollox fix-xejn, b’xi mod terġgħa tixgħal dik il-fjamma.

Iżda hemmek tinduna, li dak iż-żumbett wasal biex jispiċċa, meta tħoss dik in-naqra ħarqa tal-ġamra kif tibda riesqa lejn subgħajk. L-istess magħha, tinduna li l-konverżazzjoni ta’ issa ma għadiex bħal dik ta’ qabel, dik li kienet tant telak fil-bidu. Tibda tħoss xi ħaġa differenti, ċertu sens ta’ diżappunt, u forsi anka ħarira biża’ għax taf li qiegħed joqrob it-tmiem. Tinduna li dik il-ġonta waslet biex tispiċċa, u hekkel, qisu terġgħa tiġi naqra f’tiegħek.

Meta jkun spiċċa ta’ veru, u fadallek biss ir-rawċ imqabbad ħarira f’idek, tgarah l’hemm, jew mal-art jew forsi f’dak l-ashtray, maħmuġ sebgħa pesti, ħdejn dak il-biċċa speaker waqt il-festin fil-flett li semmejna qabel. Hemmek, f’dak il-mument, xi ħadd minnkom jiddeċiedi li aħjar tieqfu, jew għallinqas, tieħdu dak in-naqra żmien il-bogħod minn xulxin. Insomma, il-verita hi li bġal ma dak iz-zumbett spiċċa, l-istess kienet dik ir-relazzjoni tant għal-qalbek.

...

Iżda ma tieqafx hemm. Tixtieq li tieqaf hemm. Tgħid lil kulħadd li fkollox xorta baqa’ miexi fuq ir-rubini u għaddielek. Imma fil-verita ma tkunx. U hemmek, jien u niċassa naqa moħħi mifqugħ, inħares lejn ir-rawċ, lejn dik il-ġamra għadha ddaħħan ... nsaqsi lili nnifsi, “Meta ha tintefa?”

Monday, October 2

Għall-erwieħ!

Minn meta kont għadni tifel kelli influwenza kbira Taljana fuqi. Kbirt, bħal ħafna tfal tampari minn-naħa t'isfel ta' Malta, mhux f'ħafna lussu. Peress li cable ma konniex nifilħu nħallsu għalih, kont nara ħafna televiżjoni taljana li konna naqbdu dak iż-żmien bl-aerial minn Sqallija. U bejn Rai Uno u Rai Due, u l-istazzjonijiet tal-Mediaset, fl-imkien mal-La 7 u Antenna Sicilia, jiena qattajt tfuliti nara films, aħbarijiet u programmi bit-taljan. Tant li meta kont għadni ta' eta zgħira ħafna, kont diġa kapaċi nitkellem bit-taljan xi ftit jew wisq.

Meta qbadt nikber, u kont għamilt ħbieb minn barra r-raħal, kont indunajt li mhux kulhadd kien bħali, kapaċi ħafna iktar bit-Taljan u il-Malti milli bil-Malti u Ingliż. Kont qbadt niltaqgħa ma' żgħażagħ ohrajn, li llum huma ħbieb mil-akbar tiegħi, li t-Taljan ma kienux jafuh. Dan bejn għax trabbew fin-naħa ta' fuq ta' pajjiżna, fejn minn dejjem konna nafuhom b'tal-pepe u li jippreferu jitkellmu bl-Ingliż ħalli iħossuhom mil-ohrajn, u bejn għax kienu kibru jaraw televiżjoni differenti minn dik li kont imdorri nara jien, u sħabi tan-naħa tisfel.

L-istorja ta' pajjiżi dejjem affaxxinatni ħafna, u minn dejjem kont ninteressa ruħi fuq x'kien ġara fi kwalunkwe post storiku kont insib ruħi fih. Eventwalment, kont smajt bil-kwistjoni politika li kienet inqalghet f'Malta fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, u kompliet kibret fil-bidu tas-seklu għoxrin. Dien kienet, ovvjament, il-kwistjoni tal-lingwi uffi1jali ta' pajjiżna. Il-Maltin ta' dak iż-żmien, kif ukoll il-mexxejja tagħhom, kienu riedu li jibqgħa jiġi imgħallem u użat it-Taljan bħala l-lingwa uffiċjali ta' pajjiżna. Iżda billi konna kolonja Ingliża, u dawn riedu jużgħaw lil Malta bħala mezz ta' propoaganda biex iżidu l-influwenza Ingliża fil-Mediterran, ovvjament dawn riedu illi l-Ingliż jieħu post it-Taljan bħala lingwa ufficjali ta' pajjiżna.

Milux, bejn għax inżilt waħda sa Malta għal-festa tar-raħal, u bejn għax issa ilni tliet snin nieqes minn pajjiżna, qbadt inħoss ċertu sens ta' patrijottiżmu dejjem jikber bil-mod il-mod għal-pajjiżna. Erġajt qbadt napprezza il-kultura tagħna iktar minn qatt qabel, u sirt nibqa affaxxinat kemm kemm nimxi fit-toroq ta' Malta, napprezza l-ġahwar arkitetturali li ħallewlna missirijietna. Ma għenx il-fatt li qrajt il-ktieb Rokit, ta' Lorrane Vella, li alkemm huwa eċċellenti u għoġobni ħafna, jiddeskrivi xeni ta' Malta f'futur ipotetiku (li nittama qatt ma jasal fuqna), li qatt ma nixtieq li nara lil pajjiżi tant għaziz fih. U minn hemm, iddeċidejt li ridt insir naf iktar fuq pajjiżna kif kien qabel, u qbadt naqra is-serje ta' Herbert Ganado, Rajt Malta Tinbidel.

Fl-ewwel volum ta' Rajt Malta Tinbidel, Ganado jiddiskuti u janalizza is-sitwazzjoni politika ta' pajjiżna fil-bidu tas-seklu għoxrin, u alluwra, bla dubju, ma setgħax iħalli barra din il-kwistjoni poltiika tal-lingwa uffiċjali ta' Malta, jekk hux it-Taljan jew l-Ingliż.

Ganado jiddeskrivi b'mod tajjeb ħafna x'kien qiegħed jiġri f'dak iż-żmien, u wara deskrizzjoni approfondita ta' fiex kienet is-sitwazzjoni, jintefgħa ukoll jiddeskrivi kif kienet qegħedha tiżvolġi fl-iskejjel ta' Malta ta' dak iż-żmien. Jelabora fuq kif kienu ġew Malta żewġ fergħat ta' qassisin Ġiżwiti,  fergħa mil-Ingilterra, u oħra minn Sqallija. Jispjega kif dawn it-tnejn fetħu skejjel f'Malta, u kienu iżommu ma' naħat differenti ta' din il-kwistjoni politika.

Jien, kif forsi tafu, attendejt San Alwiġi f'Birkirkara, li hija skola tal-Ġiżwiti, allura, jien u naqra id-deskrizzjoni tiegħu, ma tistgħux timmaġinaw il-biża' li qabadni ġewwa fija li San Alwiġi, skola li tant tfisser esperjenzi u tifkiriet sbieħ għalija, setgħat kienet imwaqqfa mil-fergħa ta' qassisin Ingliżi li kienu ġew Malta f'dak iż-żmien, u li kienu jiffavorixxu l-Ingliż fuq it-Taljan.

U issa nikkwotalkom lil Ganado nnifsu, "Il-ġlieda politika tal-lingwa kienet bdiet tinħass. L_Arċisqof Mawru Caruana kien ġie edukat g'fak il-kulleġġ fejn kien edukat ukoll ħu missieri, il-Maġġur Alfred Ganado, li għalekk kien ħabib ta' l-Arċisqof Caruana. Kienet l-ewwel ġenerazzjoni Maltija ta' subien li giet influwenzata b'edukazzjoni Ingliża f'Malta. Ftit wara fetaħ il-kulleġġ Sacred Heart, ukoll f'San Giljan, li kellu influwenza enormi fuq l-edukazzjoni Ingliża ta' Malta.Imma fl-1907 il-Giżwiti Ingliżi telqu. U warajhom, il-Ġiżwiti Sqallin fetħu l-kulleġġ ta' Birkirkara."

*Nifs fond.*

*Nifs fond ieħor.*

Għall-erwieħ!