Wednesday, October 25

Il-Ġamra f’Tarf iż-Żumbett

Ħafna sibna ruħna fis-sitwazzjoni li ninsab bħalissa fiha jien. Il-ħajja taf tkun iebsa għal-kulħadd, speċjalment meta naslu għal-kwistjonijiet tal-qalb. B’qasma ta’ qalb, ikolli ngħidlek li ninsab f’sitwazzjoni minn dawn.

Tal-għaġeb kif kull relazzjoni, għalumenu naħseb jien, tixbaħ lil dak iż-żumbett li xi ħadd minn sħabek offrielek xi darba jew oħra. Dejjem titfaċċa opportunita, u jibda kollox meta xi ħabib jew ġabiba, jintefa irembel dak iż-żumbett, jekk ikun f’nofs ta’ xi festin bejn ħbieb ta’ ġewwa, f’xi flett żgħir, f’daħna ta’ sigaretti u mużika ta’ Gigi D’Agostino, qalb l-għajjat fis-saħna tal-argumenti; jekk ukoll ikun f’nofs ta’ party qawwi ġewwa l-Liquid, techno biss. U, inkunu qegħdin nigdbu, jekk niċħdu li ma jkunx iħajjrek. Bl-istess mod, jekk hux wiċċ imb’wiċċ waqt li qiegħed tistenna dik il-birra kiesġa li tkun ordnajt, jew fuq l-Internet, jekk hux Tinder jew Facebook jew Instagram, it-tnejn li aħna rajna dik it-tfajla ġustuża, li mil-ewwel mument kif rajnieha, għedna f’qalbna “Illostja x’naghmillha!”. U hemm aħna, bħaż-żumbett, nibdew b’dik ix-xewqa għal dak li għadna m’aħniex ċerti rriduhx.

U kif dik il-birra tinżel għasel, u moħħok jibda jgħid, “U iva, tgħid nieħu nifs minn li qiegħed irembel Steve?”, bl-istess mod waqt li tkun qiegħed tħares darbtejn, hekk hux ma dak il-bar, jew waqt li tistalkja fuq Facebook, taħseb, “Tgħid nibgħatilha xi ħaġa?”. F’tebqa t’għajn, issib ruħħek tibgħatilha messaġġ, bl-istess mod kif bla ma tkun indunajt, kif Pietru joffrielek nifs, ma tgħidx le.

Minn dak il-mument kif taqgħa għat-tentazzjoni, tibda sewwa l-analoġija tiegħi kif relazzjoni, l-imħabba, hija bħaż-żumbett. Minn dak il-mument, tkun xegħelt iż-żumbett, u issa, flimkien, ħa nsegwu dik il-ġamra. Tieħu l-ewwel nifs, u ovvjament li tgawdih, bħal dik it-tbissima li ttik dik it-tfajla meta tieħu ċans u tgħidilha “Hello ...”. Pero, bħal ġamra fit-tarf ta’ dak il-kanun zgħir, dak huwa l-ewwel pass fir-relazzjoni, li ma tirrealizzax biha, għax lanqas biss tkun ħsibt fuqha.

Is-sentiment huwa wiħed tal-ġenn. U għalekk wara ftit, tieħu t-tieni nifs, dik il-ġamra, bdiet dieħla l-ġewwa tul iż-żumbett. U avolja ma tagħtix kas, dak iż-żumbett ikun qabad jiqsar. U meta thoss il-mowbajl jivvibra, u tinduna li hi qabdet tirrispondik lura għal-messaġġi, tkun elat, u titla’ waħda sas-seba’ sema. Tibgħat lura, imma ngħiduha kif inhi, riskju, għax ma tafx hux ha tibgħatlek lura. Bl-istess mod, dak il-kanun tqassmu lil Pietru fuq in-naġa l-oħra, bla ma taf meta ha jiġi lura. Taqsam dik il-ġonta, u bis-saħħa ta’ tnejn min-nies, u iktar, il-ġamra tibda dieħla sew il-ġewwa, iżda tibqa’ ma tagħtix kas. Tibqgħu tibgħatu lil xulxin, u wara ftit toħorġu, forsi għal-darba tnejn. U bis-saħħa tat-tnejn li intom, ir-relazzjoni tibda’ dieħla l-ġewwa ġmielha. B’nifs ieħor smoke, l-istess bħal meta tbusek kif tisbenaħ ħdejk f’soddtok, tħossok tinqata’ minn saqajk u titla f’ġenna tal-art.

Qalb il-paroli u d-diskussjonijiet, dik il-ġonta tkun qabdet tiqsar, u il-ġamra forsi anke xi darba ntfiet u xi ħadd kellu jerġgħa jqabbdu. Toħorġu, tieħdu gost flimkien, u wara ftit, issib ruħħek għandek tfajla. U l-ġamra f’tarf iż-żumbett ġieli ntfiet, u terġgħa tixgħelu, bħal kif ġieli tiġġieldu, u avolja taħseb li kwazi spiċċa kollox fix-xejn, b’xi mod terġgħa tixgħal dik il-fjamma.

Iżda hemmek tinduna, li dak iż-żumbett wasal biex jispiċċa, meta tħoss dik in-naqra ħarqa tal-ġamra kif tibda riesqa lejn subgħajk. L-istess magħha, tinduna li l-konverżazzjoni ta’ issa ma għadiex bħal dik ta’ qabel, dik li kienet tant telak fil-bidu. Tibda tħoss xi ħaġa differenti, ċertu sens ta’ diżappunt, u forsi anka ħarira biża’ għax taf li qiegħed joqrob it-tmiem. Tinduna li dik il-ġonta waslet biex tispiċċa, u hekkel, qisu terġgħa tiġi naqra f’tiegħek.

Meta jkun spiċċa ta’ veru, u fadallek biss ir-rawċ imqabbad ħarira f’idek, tgarah l’hemm, jew mal-art jew forsi f’dak l-ashtray, maħmuġ sebgħa pesti, ħdejn dak il-biċċa speaker waqt il-festin fil-flett li semmejna qabel. Hemmek, f’dak il-mument, xi ħadd minnkom jiddeċiedi li aħjar tieqfu, jew għallinqas, tieħdu dak in-naqra żmien il-bogħod minn xulxin. Insomma, il-verita hi li bġal ma dak iz-zumbett spiċċa, l-istess kienet dik ir-relazzjoni tant għal-qalbek.

...

Iżda ma tieqafx hemm. Tixtieq li tieqaf hemm. Tgħid lil kulħadd li fkollox xorta baqa’ miexi fuq ir-rubini u għaddielek. Imma fil-verita ma tkunx. U hemmek, jien u niċassa naqa moħħi mifqugħ, inħares lejn ir-rawċ, lejn dik il-ġamra għadha ddaħħan ... nsaqsi lili nnifsi, “Meta ha tintefa?”

No comments:

Post a Comment