Wednesday, April 6

Ramadan

10:30 Illum l-ewwel jum tar-Ramadan. Mhux għax jinteressani xi ħaġa mir-Ramadan, imma Abdel sieħbi. Mhux biss kollegi, mhux biss il-boss tiegħi, imma wkoll sieħbi. Għal xi raġuni ħassejt il-bżonn li nibgħatlu dalgħodu, nawguralu Ramadan hieni, w issa li dan l-aħħar qisu kien għaddej minn żmien iebes, avolja baqa' ma jridx jgħidli għalfejn; biex forsi jsib naqa dawl f'dan il-mument ta' dlam. 

12:15 Ħaqq alleċ, issa jien fejn kont ħa nobsor li ħa jistedinni għal ikla tal-ftuħ tar-Ramadan? Mhux għax fiha xi ħaġa ħażina, anzi, l-istedina napprezzha ħafna. Imma ma għandix aptit ...  Ġib xi trid tixrob, żewġt fliexken juice, u naqra ħobż. Anzi le, m'hemmx għalfejn ġġib ħobż. Qrajt il-messaġġi minn fuq in-notifika, mingħajr ma ftaħthom. Kieku jkolli nirrispondi għax jiġu jidhru l-qaħbeċ very goods blu. Ġejjin xi tfajliet ukoll. Hmm forsi ma tkunx serata daqshekk kerha. Imma ġej aptit ta' pizza ...

14:56 Issa jien pizza, biex neħxien? Imma, risotto biż-żagħfran, ilni għalih ġimgħa. Jew immur però? Dak ifisser ħa jkolli ninħasel u mmur sas-supermarket... Hassle żejjed.

16:34 F'erbgħa siegħat ma bdiltx fehmti. Ma nafx x'naqbad nagħmel. Żumbett ieħor, anzi tnejn. Għadni ma rrispondejtux ostja. 

17:03 Naħseb illejla mhux ħa nbossu. Hekk jew b'hekk illejla hija ċelebrazzjoni ta' ferħ. Jien meta l-aħħar kont ferħan? U festa tal-kisra tas-sawma ... hahaha sawma min jismagħna. Mur arani, ħanżir bħali, nsum. Haha. Ma ħaqqnix mmur llejla.

18:09 "sorry man. am out in oldenburg today. was busy. not sure if i make it in time". Mhux veru. Imma mhux ħa ngħidlu li ma rridx mmur hux. Ma jmurx jieħu għalih. Ħa nrembel ieħor ara.

20:47 Qaħbeċ kemm kien tajjeb dak ir-ross. Tant blajt minnu li qagħadli fuq l-istonku. Ħaqqni hux. Tgħid qed jieħdu gost dawk? Imma issa tard wisq. Hmm x'hemm fuq Netflix għal-llejla? Anzi le, Bud u Terence ...

23:40 Trinità tajjeb wisq ostra. Kapulavur ta' Enzo Barboni. Inrembel ieħor u għas-sodda. Ostja. Messni ħriġt u mirt s'għandu. Forsi kont nintefa nifflirtja ma Anna. Dik orrajt. Imma għalxejn. Biex noqgħod nittama u naqgħa ħażin wara? Aremm. Żul. Ha nrembel ieħor u wara nistabat. 



Tuesday, February 1

Għodwa taż-Żobb

Għodwiet bħal din huma veru taż-żobb. Kien hemm xi żmien fejn kienu jogħoġbuni, darba ilu ħafna, fil-bidu ta' dan kollu. Iżda llum il-ġurnata sirt insibhom bħala forma ta' purgatorju. Purgatorju, li jien stess nidħol għalih, u wkoll bir-ras xi kultant. Huma għodwiet li kważi kważi nasal biex insejħilhom non-sensiċi u moħlija.

Biex imbasta noqgħod nippanikja li iż-żmien qiegħed jgħaddi w jien m'hu qed nagħmel xejn bih, naħli għodwiet sħaħ, mitfugħ fuq sufan, niċassa lejn dak ir-rettangolu jixgħal, kollu stampi jiċċaqalqu. 

Barra x-xita u xebgħa riħ. L-uffiċju ma mortx. Minħabba l-qaħbeċ każta' COVID li siebu matul nhar il-Ħadd. Issa naraw, jien ma għandi xejn, naħseb insomma. U mbagħad għada jasa ukoll, u mmur nagħmel shift ta' filgħodu. Tiskanta kifavolja ninsab kwazi 350 km bogħod, xorta r-rutina tibqa' ma tinbidilx. Neqred kemm neqred mill-Ġermanja, li ma hemm xejn x'tagħmel, imma l-verità hi li jien minni wasalt f'dan il-limbu fejn ma rrid nagħmel xejn, imbasta qadt nifah li kont ġej xahar fuq xogħol sal-Pajjiżi l-Baxxi, u li hawn ssib ħafna iktar x'tagħmel. Iż-żobb ta' riħ kiesaħ jaqtali qalbi wisq.

Għodwiet bħal din huma veru taż-żobb. U l-bieraħ ma kienitx wisq differenti. Ħa ngħidlek eżatt kif trid tagħmel biex tifhimni. 

Tistembaħ fil-ħamsa u nofs ta' filgħodu. Għadek nofsok impemċel mil-aħħar żumbett li pejjipt qabel dħalt torqod. Heq, tajjeb wisq. Hekk sewwa u xieraq. U tipprova tafx ... tipprova żżomm għajnejk magħluqin forsi terġgħa tmur għajnejk bik, imma le. Imma bihom magħluqhin u miftuħin mhux li hemm xi ħafna differenza, għajr għal dak ix-xaqq ta' dawl ħamrani ġej mil-bozza barra fit t-triq. F'kemm ilni ngħidlek, il-ħsiebijiet jibdew malajr jerġgħu jiġu fil-wiċċ. Tipprova tbiddilhom, imma żżabbab jirnexxilek. U tiċċassa u tiċċassa lejn is-saqaf, tipprova tbiddel it-tewdhina li għaddejja on loop ġo moħħok, sakemm "Ħaqq dak Alla, fuck it hux." Tqum, tmur sal-loki, fejn tispiċċa mal-ewwel tqalleb fuq is-soltu profil fuq Instagram, dak ta' Britney Spears. 

U ħallina minn Britney, għalxejn qed tiċċassa. Neħħi minn hemm. "Iva sew, imma ħaqq żobbi issa li għadu dlam ċappa u d-dinja għada rieqda, xiż-'obb ħa taqbad tagħmel?" U nsomma ma hemmx għalfejn nidħlu f'wisq dettall. U hemmek hi l-problema. Tista, fil-verità, tagħmel kafé tintefa' taqra ktieb, jew tagħmel dik in-naqra eżerċizzju. Imma le hux. L-għażż b'saħħtu wisq. Kollox jaqtali qalbi. U allura, minnflok waħda minn li semmejna, tispiċċa bil-qegħda mal-mejda tal-kċina trembel żumbett ieħor. 

Isfel kien diġà riefnu babaw. U dak riħ kiesaħ imma tafx ostja. Grazzi għal għażż, bla kalzetti u s-swaba ta' saqajk mhux tħosshom itkar sakemm tkun pejjipt u tlajt lura fil-kamra tas-sodda. F'għoxx ir-riħ ma xebgħax jintefa'. Il-ftit sekondi fuq il-lift sakemm tasal lura fl-appartament ha jinħassu qishom eternità. Taħsibx fuqha. Taħsibx fuqha. Taħsibx fuqha. Għaddew tlett xhur issa. Tibqax taħli ħin. Għalxejn tixtieq terġgħa tkellimha, bħal kif kontu titkellmu dak iż-żmien, issa għadda. U f'kemm ilni ngħidlek, terggħa ssib ruħħek, b'rasek ddur bik, fil-kamra tas-soda. Tagħmel sforz, ttajjar ħwejjġek minn fuqek u tintefa' lura taħt il-friex. Idek maddumx ma titfagħha fil-qalziet. U tintefa' tixxennaq, bħal-baħnan, għal żewġt nisa f'daqqqa, waħda xagħra iswed u oħra bjonda. Ħaqq Alla bjonda? Biex tkun tixabaha? Heq, fuck it, issa b'dik l-immaġni ħa jkollna nkomplu ... 

U jibdew idoqqu l-vjolini, dik il-meoldija melankonika ta' Dvorak, qisha t-tnegħida ta' qalb trid tinfaqa tibki, "Songs my mother taught me". Ostja. Erġajt irqadt. U erġajt qomt. Kieku mhux għax il-ħoss tal-mobile jivvibra ma jdejjaqnix, inħallih idoqq filgħodu. Noqgħod nisma t-tnegħida li huma l-vjolini ta' Dvorak. Imma jdejjaqni dak il-ħoss persistenti. bvvvvvvvvv. bvvvvvvvv. bvvvvvvvvv. Sottofond taż-żobb. Allura nwaqqfu. Eh issa differenti. Ħaqq Alla sebaħ. Insomma "sebaħ", xorta griż u mdallam, imma ftehmna. Ara, it-torrijiet u l-profil ta' Den Haag xorta jidhru fil-bogħod, avolja qisha nofsha moħbija wara ċ-ċpar. Imma dan mhux ċpar, dan sħab li jmiss mal-art ...

Għodwa taż-żobb, tqum, u bil-kwiet tiħeb lejn il-kċina. Timborġa l-moka b'kemm tiflaħ Lavazza. Imma mhux Lavazza li jkun, jew Qualità Rossa jew xejn. Sakemm isir, tqalleb ta' fuq fuq it-Times of Malta, l-Malta Today u l-Lovin Malta. Ddur il-headlines, u tara mnn qabel liema artikli trid taqra hekk kif ikollok il-kafé quddiemek. Tiftah il-laptop tax-xogħol, tara li tidher sew online, u tintefa' lura moħħok fil-gazzetti fuq il-mobile.

Issa għidli naqra int, kif suppost għandi nsib il-motivazzjoni għall-ġurnata jekk ħlief "Min ħexa, mexa" ma narax fuq il-gazzetti. U kullħadd jitgħajjar, mingħalih li jifhem xi ostja; meta' fil-verità kull ma hu l-espert prominenti fil-ħaralokali, b'opinjoni maħruġa minn għoxx kemm għandu. Ħaqq Alla.

Issa veru għandi xi aptit naħdem mid-dar jien? Qas biss naf x'naqbad nagħmel minn hawn. Ċuċati li jridu jsiru hemm, imma dawk dejjem nista' neħlishom darb oħra l-uffiċċju. Il-ħin bil-mod qed igerbeb. Jekk Dvorak daqq fid-disgħa, issa diġà l-għaxra u nofs. Ħaqq Alla, mela la mhux xogħol xiex? Ktieb? U le mhux għalissa. Jew Netflix? Uffff veru ostja ġejja ġurnata oħra mitfugħa moħli quddiem dak ir-rettangolu kollu kuluri? U issa? Tinsiex li The Office lestejtu. Anke Space Force. Le. Podcast Ok. Forsi. Ok. Dak għallinqas edukattiv. 

U nsomma, trembel ieħor. Issa filgħodu, mela sativa mhux indica. Lemon Haze naħseb li tinżel għasel. L-Amnesia aħjar għal wara nofsinhar. Tinżel isfel, u tqabbad ieħor. Ir-riħ għadu ma waqafx ostja. Anzi, kważi kważi jinħass qisu żdied. Taħsibx fiha. Għalxejn. Tixxennaq għal dawk il-jiem fejn kont għadek qiegħed tixxemmex Caxias jew São Pedro do Estoril, magħha. Għalxejn. Taħsibx. Qattajt wisq ħin int tistennieha, u hi għaddejja b'ħajjitha żżommok b'kemm kemm lixka. Għalekk qiegħed hawn, tpejjep, issa, biex ma taħsibx fihom żgur dawk il-jiem. Fuq għandek x'taqra kemm Dune, mhux imbasta bdejtu, lestieħ ostja! Għandek ukoll Romanzo Criminale. Taf kemm-il sena ilek tgħid li ħa taqraħ? U tinsiex li kull ma jonqsok terz ta' Choke biex tlestih. Anzi dak għoġbok ejja. Issa lesti minn dan iż-żumbett, itla' fuq, u kompli mqar lilu.

Kien hemm żmien, żmien twil, fejn kont noqgħd nibgħat lilha f'dawn l-għodwiet. U kont noqgħod negħda fil-fantasiji ta' moħħi, li xi darba jien u hi għad inkunu flimkien, u fejn hemmek imbagħad kien ikolli raġuni valida għalfejn inqum fuq tiegħi u nagħmel xi ħaġa bis-sens. Għalumenu hekk kont naħseb. U kont nagħmilha kieku ġrat tafx. Imma ma ġarax hekk. W issa ħeġġa ma fadallix. U tgħid mhux ħa nieħu ċans ieħor. Ma tarax. Biex nerġgħa nfalli? Biex nerġgħa nweġġgħa? Inżabbab. 

U dan hu, insomma, il-purgatorju li ħloqt jien stess, għalija nnifsi. Fejn ma għandi ħeġġa nagħmel xejn, ħlief naħrab minn ħsibijieti, u l-memorji tiegħi stess. Fejn naħrab biss mid-dieqa, u nipprova ma nixxennaqx għall-affarijiet li issa għaddew. Forsi kieku mort l-uffiċċju kont negħdha b'xi ħaġa. Imma issa li hemm hemm, u għażżien wisq biex immur inkompli wara nofsinhar hemm. Irrid ninqala minn din ir-rutina miżerabbli. Imma mhux llum. Issa hemm il-kotba ... u Netflix ... għodwiet bħal tal-lum huma veru taż-żobb ...


Tuesday, January 4

Qomt Bla Nifs

Kellna niltaqgħu dalgħodu. Kellna mmorru nieħdu kafe. Kafe pingado, bħal dak li kont dewwaqtni u darrejtni int, meta konna Lisbona flimkien. Qas ilu erbgħa xhur, imma jinħassu eternita. Kien ilni nistennieh dan il-mument. Xahar, tlett ġimgħat u jumejn, biex inkun eżatt.  W issa dalgħodu, fis-sebgħa kellna niltaqgħu, u kelli l-friefet f'qalbi. Friefet u tferfir minn dawk li qas sigarett, Pueblo blu, mil-qawwi u bla filter, tal-bennejja, ma jirnexxilu jikkalmhom.

U int, li avolja weġġajtni, naf li ma kienitx b'malizja. U minħabba f'hekk qatt ma bgħattek tieħdu f'għoxx kemm għandek l'hemm. Kienu d-dinja u l-ħajja li qabbduna toroq differenti, u int ma ħtejt xejn. U għalhekk bqajt inħobbok, avolja jekk xi ħadd ħa jsaqsi, jien ħa niċħad. Nilludi lili nifsi.

U kemm tħobbu lil Oreo, dak il-qattus xwejjaħ, abjad u iswed, hemm fid-dar t'ommok, ġewwa raħal minsi f'qiegħ il-Lussemburgu. Mhux ta' b'xejn li għaddejt titmagħhom il-qatates, hemmek fi Ġnien l-Indipendenza, max-xatt.

U wasalt kmieni, ippassiġġajt ftit, mal-mixja tax-xatt li mill-Balluta, fejn ipparkjajt dak il-Mini blu, qadima w imdamdma li għandi. Inżilt bil-pass, waqt li pejjipt sigarett ieħor, forsi l-ostja friefet ġol-kaxxa ta' sidri jieqfu jferfru u jittajjru, u nsib naqra kalma. Rajt wiħed stramb, jiġri u jitkellem waħdu f'nofs il-bankina. Bjond, insomma, xahru bleachjat bil-flokk nofs komma, avolja kien il-bard ta' Jannar.

Dħalt fil-ħanut, dik ir-riħa ta' kafe taqsam. Dik ir-riħa ta' kafe għadu kemm jinxtewa, u jintaħan. U dik tal-ħalib, sħun sħun, waqt li l-barista kienet qegħdha tipprepara Kappuccino għal klijent iehor. U ftit wara ġiet issaqsini x'nixtieq, u għedtilha li "għalissa xejn, għax qiegħed nistenna lil xi ħadd".  Ma kellix paċenzja, iżda bqajt issumat niċassa lejn l-arloġġ. Is-sekondiera ddur u ddur u ddur, minuta wara l-oħra, nistenna lilek titfaċċa fil-bieb, newdhen fuq x'nista' ngħidlek. U f'iktar minn "Hello", moħħi ma bediex jaħseb.

Imma int bqajt ma tfaċċajtx. Għaddiet kwarta, nofs siegħa, u bdejt naqta qalbi. Issuppervjajt, u qomt minn mal-mejda u mort mal-bank. "Espresso doppju jekk jogħoġbok". Sakemm qdietni l-barista, rembilt sigarett ieħor. Newwlitli l-kafe, u wara li fqajtu żokkor, tant li jdardrek, niżżiltu f'nifs wiħed. Qbadt ġidi, u tlaqt il-barra.

Imma hemmhekk bqajt issummat. Nara ambulanza, nara karozzi tal-puluzija, eżatt hemm, fejn naf li jkunu l-qtates. Ittawwalt minn ftit l-bogħod, u huma jpoġġu l-liżar abjad fuq ġisem mitluq, ngħaraf wiċċek, b'dik il-ħlewwa kollha tiegħu. B'dak ix-xagħar bjond u twil ...

--- o ---

U qomt bla nifs. Ftaħt għajnejja, u kull ma rajt dak is-saqaf abjad, li fid-dawl tas-sitta ta' filgħodu jidher iktar qisu xi ġriż maħmuġ. Ma stajtx nieħu nifs, qisu xi ħadd kien qabadni minn għonqi u qiegħed jifgani. Ma nafx kif inqlajt minn fuq is-sodda, u għotort għal mal-art. In-nifs b'xi mod ġie, u infqajt nolfoq qisni tarbija, kollni għaraq li xaqq għalija matul il-lejl. Hemm mal-art, kobba, fuq dak il-madum kiesaħ u iebes. 

U għal--grazzja t'Alla, anzi x'qiegħed ngħid, tal-allat kollha li qatt kien hemm, u li qatt għad ikun hemm, veri jew foloz, int ma tinsabx hawn u hekk. Int tinsab tajba, u tinsab f'saħħtek. U avolja l-ħajja ħaditna f'toroq differenti, u ma naħsibx li qatt ħa terġgħa tlaqqana, ma rrid qatt li qatt jiġrilek xi ħaġa. U nispera li tinsab kuntenta. Dan ngħidu mhux għax għadni inħobbok, imma għax l-ebda mara fuq wiċċ din id-dinja misħuta ma ħaqqha hekk. Ħadd u l-ebda!

U avolja l-kafe ma naħsibx li qatt ħa nerġgħu neħduh flimkien, għallinqas int għadek tista tgawdih, u nispera jibqa hekk għal dejjem, mhux kif ġralha Paulina.

Ma kienx ħaqqha hekk Paulina. 

Kien ħaqqha ħafna aħjar Paulina.

U lanqas l-allat kollha li qatt kien hemm, u li qatt għad ikun hemm, ma jirnexxilhom iżommuni milli inqattgħu biċċiet b'idejja stess, lil xi ħadd bħal dak il-purċinell beżqa li lil povra Paulina għamillha hekk, jekk qatt xi ħadd jagħmel hekk lilek.

--- o ---

U lilek, il-qarrej, ftakru dan l-isem. Paulina Dembska. U ara tazzarda qatt tinsieħ! Għax hi kienet bint xi ħadd, probabbli oħt xi ħadd, u x'imkien fuq wiċċ din id-dinja mnejka, hemm uħud, li għadhom iħobbuha bl-istess mod kif jien għadni nħobb lil min telaqni. 

U barra minn fuqek, anzi barra minn fuqna t-tnejn, u kulħadd fuq wiċċ did-dinja, li xi ħadd ikollu jgħaddi minn dak li għaddiet hi, u dawk li kienu jħobbuha.

Kien ħaqqha ħafna aħjar Paulina.

Thursday, February 6

Ma Jinteressanix

Ma jinteressanix iktar,
U żgur ma rridx inkun naf,
La fuq fejn mort dan is-sajf għal btala,
W anqas fuq dik il-veduta liema bħalha.

Għajjejt, u għajjejt ta' veru
Li ta' kuljum irrid ngħaddi minnha
Il-passjoni li naħseb fik kull filgħod'
Avolja naf kemm qegħdha il-bogħod

Ma jinteressanix iktar,
Minn xiex inti għaddejja
Hekk jew b'hekk lil ħadd ieħor trid ħdejk,
Biex itik xi bewsa fuq ħuġbejk.

Għajjejt, u għajjejt ta' veru
Newdhen, nittama u nixxennaq
Naħseb fuqek filwaqt li nħares lejn ix-xmara,
Biex terggħa tħallini hemm, qisni ġbara.

Ma jinteressanix iktar,
Ma fadalli xejn iktar xi ngħidlek.
L-għażla tiegħek int għamilta,
Avolja jien qatt ma fhimta ...

Għajjejt, u għajjejt ta' veru
Waqt li nieħu nifs ieħor, b'das-sigarett f"idi,
Għax fejn qatt bsart, li minflok b'idi f'tiegħek,
Kont ħa nkun hawn, nibki l-memorji li għamilt miegħek

Sunday, April 29

F'Għoxx Min?


F’għoxx min iqum kmieni fi-għodu mingħajr żveljarin,
U kapaċi joħroġ mid-dar bla ma jieħu kafe

F’għoxx min imur għal-ġurnata xogħol,
Imbagħad jibqalu l-enerġija biex jagħmel affarijeit oħra wara

F’għoxx min ma jafx x'inhu l-qtugħ ta’ qalb,
U jħares lejn min esperjenzah b’ċertu inferjorita

F’għoxx min jaħxi,
Għax min qatt ma ħexa, qatt ma mexa’

F’għoxx min qatt ma ħalla pajjiżu warajh,
U xorta mingħalih li jaf x’toffri d-dinja

F’għoxx min jaħseb li l-flus mhux problema,
Għax dejjem ħallaslu u ħadlu ħsieb kollox missieru

F’għoxx min għadu jġib ruħu ta’ tmintax-il sena,
U fil-verita ħa jgħalaq tletin u ma jridx jaċċettha

F’għoxx min jiġieh kollox sew,
Mingħajr qatt ma kellu mument wiħed ta’ tbatija

F’għoxx min jaħseb li kollox għadu sew,
U mhux jinduna li kollox li madwaru kollox ilu li tnejjek

F’għoxx min iqatta ħajjtu għaddej minn ħaġa għal-oħra,
Bla ma jieħu l-mument biex jifhem xiż-żobb qiegħed jagħmel b’ħajjtu

F’għoxx min hu ottimist,
U jipprova jġiegħel lil ħaddieħor ikun bħalu

F’għoxx min hu pessimist,
Li jiġi jipprova jaħxilek il-ġurnata għax hu paranoiku

F’għoxx min m’għandux bajd jaċċetta l-ħajja,
U l-iżvintura tiegħu jrid dejjem jgħid li hi tort ’ħaddiehor

F’għoxx min imur il-knisja nhar ta’ Ħadd,
Biex kif joħroġ fuq iz-zuntier jaqbad izekzek fuq in-nies

F’għoxx min joħroġ jixrob,
U imbagħad qatt ma jidħol lura id-dar fis-sakra

F’għoxx min kapaċi jixrob biss biex jieħu gost,
Għax ma għandu xejn ġewwa fih li jixtieq joqtol bil-valenu li hu l-alcohol

F’għoxx min qatt ma pejjep,
U imbagħad jiġi jgħidlek biex tieqaf għax “għal-ġid tiegħek ...”

F’għoxx min mhux kapaċi jara mara,
Bla ma jara ukoll kif ħa jgħabbiha

F’għoxx min diġa għandu mara,
U moħħu biss f’nisa oħra, biex ikorni

F’għoxx min hu miċ-ċentru,
U jaħseb li n-nofsinhar hu post tal-ħamalli

F’għoxx min jaf il-Malti,
Imbagħad jagħżel li jitkellem bl-ingliż mal-Maltin ta’ madwaru

F’għoxx min ma jibżax,
U ġenwinament jaħseb li xi darba l’quddiem l-ħajja ħa tittrattah tajjeb

F’għoxx min qatt ma ħa riskju,
Għax qatt ma kellu bżonn jagħmel għażla importanti f’ħajtu

F’għoxx min jibqa’ jittama,
U verament jemmen li l-affarijiet xi darba ħa jinbidlu għal-aħjar

F’għoxx kull min jemmen,
Li aħna lkoll nitwieldu u mmutu indaqs

F’għoxx kollox.
F’għoxx kulħadd.

Wednesday, April 11

Cigarettes and Coffee

Cigarette. Coffee. Work. Repeat.
With every nicotine filled breath,
I feel my heart increase in its beat.

They're slowly killing me, and I know that.
But how different is it really,
Than these photos of you I keep looking at?

Up I look and see this cherry blossom tree.
However it is its reflection that haunts
These murky waters, as if it is looking at me.

Somehow, it makes me think of you.
It makes me realise that I'm so lost.
That you moved on and left me here ...
... confused, angry and lonely at most.

This fag is finished, but now what?
Something is missing, but I am not sure,
Back to work so early? Definitely not.

I feel drowsy, tired and sleepy ...
I get a coffee from the shop next door,
Where they probably think I'm creepy.

There is little left for me to do.
Focus on work they usually say,
But nothing makes me feel less blue.

And for a change, it is raining again.
With this, gone is the reflection of this tree.
I am left with only one thought in my brain ...
... did I really have to meet you, that day by the sea?

- "Cigarettes and Coffee", Bremen, Germany. April 2018

Friday, March 16

Alone in the Snow

How did I get here?
I'm in the midst of all this ice and snow.
All alone, far from everything,
And yet, I still feel exposed and on show.

I see these endless plains,
Dotted only with a few trees.
Covered in snow, chest deep,
And on my face this cold breeze.

Three months ago
I seriously did not think of this,
And now that I am here
It is you, that I will surely miss,

- "Alone in the Snow", Kiruna, Sweden. March 2018