Tuesday, February 1

Għodwa taż-Żobb

Għodwiet bħal din huma veru taż-żobb. Kien hemm xi żmien fejn kienu jogħoġbuni, darba ilu ħafna, fil-bidu ta' dan kollu. Iżda llum il-ġurnata sirt insibhom bħala forma ta' purgatorju. Purgatorju, li jien stess nidħol għalih, u wkoll bir-ras xi kultant. Huma għodwiet li kważi kważi nasal biex insejħilhom non-sensiċi u moħlija.

Biex imbasta noqgħod nippanikja li iż-żmien qiegħed jgħaddi w jien m'hu qed nagħmel xejn bih, naħli għodwiet sħaħ, mitfugħ fuq sufan, niċassa lejn dak ir-rettangolu jixgħal, kollu stampi jiċċaqalqu. 

Barra x-xita u xebgħa riħ. L-uffiċju ma mortx. Minħabba l-qaħbeċ każta' COVID li siebu matul nhar il-Ħadd. Issa naraw, jien ma għandi xejn, naħseb insomma. U mbagħad għada jasa ukoll, u mmur nagħmel shift ta' filgħodu. Tiskanta kifavolja ninsab kwazi 350 km bogħod, xorta r-rutina tibqa' ma tinbidilx. Neqred kemm neqred mill-Ġermanja, li ma hemm xejn x'tagħmel, imma l-verità hi li jien minni wasalt f'dan il-limbu fejn ma rrid nagħmel xejn, imbasta qadt nifah li kont ġej xahar fuq xogħol sal-Pajjiżi l-Baxxi, u li hawn ssib ħafna iktar x'tagħmel. Iż-żobb ta' riħ kiesaħ jaqtali qalbi wisq.

Għodwiet bħal din huma veru taż-żobb. U l-bieraħ ma kienitx wisq differenti. Ħa ngħidlek eżatt kif trid tagħmel biex tifhimni. 

Tistembaħ fil-ħamsa u nofs ta' filgħodu. Għadek nofsok impemċel mil-aħħar żumbett li pejjipt qabel dħalt torqod. Heq, tajjeb wisq. Hekk sewwa u xieraq. U tipprova tafx ... tipprova żżomm għajnejk magħluqin forsi terġgħa tmur għajnejk bik, imma le. Imma bihom magħluqhin u miftuħin mhux li hemm xi ħafna differenza, għajr għal dak ix-xaqq ta' dawl ħamrani ġej mil-bozza barra fit t-triq. F'kemm ilni ngħidlek, il-ħsiebijiet jibdew malajr jerġgħu jiġu fil-wiċċ. Tipprova tbiddilhom, imma żżabbab jirnexxilek. U tiċċassa u tiċċassa lejn is-saqaf, tipprova tbiddel it-tewdhina li għaddejja on loop ġo moħħok, sakemm "Ħaqq dak Alla, fuck it hux." Tqum, tmur sal-loki, fejn tispiċċa mal-ewwel tqalleb fuq is-soltu profil fuq Instagram, dak ta' Britney Spears. 

U ħallina minn Britney, għalxejn qed tiċċassa. Neħħi minn hemm. "Iva sew, imma ħaqq żobbi issa li għadu dlam ċappa u d-dinja għada rieqda, xiż-'obb ħa taqbad tagħmel?" U nsomma ma hemmx għalfejn nidħlu f'wisq dettall. U hemmek hi l-problema. Tista, fil-verità, tagħmel kafé tintefa' taqra ktieb, jew tagħmel dik in-naqra eżerċizzju. Imma le hux. L-għażż b'saħħtu wisq. Kollox jaqtali qalbi. U allura, minnflok waħda minn li semmejna, tispiċċa bil-qegħda mal-mejda tal-kċina trembel żumbett ieħor. 

Isfel kien diġà riefnu babaw. U dak riħ kiesaħ imma tafx ostja. Grazzi għal għażż, bla kalzetti u s-swaba ta' saqajk mhux tħosshom itkar sakemm tkun pejjipt u tlajt lura fil-kamra tas-sodda. F'għoxx ir-riħ ma xebgħax jintefa'. Il-ftit sekondi fuq il-lift sakemm tasal lura fl-appartament ha jinħassu qishom eternità. Taħsibx fuqha. Taħsibx fuqha. Taħsibx fuqha. Għaddew tlett xhur issa. Tibqax taħli ħin. Għalxejn tixtieq terġgħa tkellimha, bħal kif kontu titkellmu dak iż-żmien, issa għadda. U f'kemm ilni ngħidlek, terggħa ssib ruħħek, b'rasek ddur bik, fil-kamra tas-soda. Tagħmel sforz, ttajjar ħwejjġek minn fuqek u tintefa' lura taħt il-friex. Idek maddumx ma titfagħha fil-qalziet. U tintefa' tixxennaq, bħal-baħnan, għal żewġt nisa f'daqqqa, waħda xagħra iswed u oħra bjonda. Ħaqq Alla bjonda? Biex tkun tixabaha? Heq, fuck it, issa b'dik l-immaġni ħa jkollna nkomplu ... 

U jibdew idoqqu l-vjolini, dik il-meoldija melankonika ta' Dvorak, qisha t-tnegħida ta' qalb trid tinfaqa tibki, "Songs my mother taught me". Ostja. Erġajt irqadt. U erġajt qomt. Kieku mhux għax il-ħoss tal-mobile jivvibra ma jdejjaqnix, inħallih idoqq filgħodu. Noqgħod nisma t-tnegħida li huma l-vjolini ta' Dvorak. Imma jdejjaqni dak il-ħoss persistenti. bvvvvvvvvv. bvvvvvvvv. bvvvvvvvvv. Sottofond taż-żobb. Allura nwaqqfu. Eh issa differenti. Ħaqq Alla sebaħ. Insomma "sebaħ", xorta griż u mdallam, imma ftehmna. Ara, it-torrijiet u l-profil ta' Den Haag xorta jidhru fil-bogħod, avolja qisha nofsha moħbija wara ċ-ċpar. Imma dan mhux ċpar, dan sħab li jmiss mal-art ...

Għodwa taż-żobb, tqum, u bil-kwiet tiħeb lejn il-kċina. Timborġa l-moka b'kemm tiflaħ Lavazza. Imma mhux Lavazza li jkun, jew Qualità Rossa jew xejn. Sakemm isir, tqalleb ta' fuq fuq it-Times of Malta, l-Malta Today u l-Lovin Malta. Ddur il-headlines, u tara mnn qabel liema artikli trid taqra hekk kif ikollok il-kafé quddiemek. Tiftah il-laptop tax-xogħol, tara li tidher sew online, u tintefa' lura moħħok fil-gazzetti fuq il-mobile.

Issa għidli naqra int, kif suppost għandi nsib il-motivazzjoni għall-ġurnata jekk ħlief "Min ħexa, mexa" ma narax fuq il-gazzetti. U kullħadd jitgħajjar, mingħalih li jifhem xi ostja; meta' fil-verità kull ma hu l-espert prominenti fil-ħaralokali, b'opinjoni maħruġa minn għoxx kemm għandu. Ħaqq Alla.

Issa veru għandi xi aptit naħdem mid-dar jien? Qas biss naf x'naqbad nagħmel minn hawn. Ċuċati li jridu jsiru hemm, imma dawk dejjem nista' neħlishom darb oħra l-uffiċċju. Il-ħin bil-mod qed igerbeb. Jekk Dvorak daqq fid-disgħa, issa diġà l-għaxra u nofs. Ħaqq Alla, mela la mhux xogħol xiex? Ktieb? U le mhux għalissa. Jew Netflix? Uffff veru ostja ġejja ġurnata oħra mitfugħa moħli quddiem dak ir-rettangolu kollu kuluri? U issa? Tinsiex li The Office lestejtu. Anke Space Force. Le. Podcast Ok. Forsi. Ok. Dak għallinqas edukattiv. 

U nsomma, trembel ieħor. Issa filgħodu, mela sativa mhux indica. Lemon Haze naħseb li tinżel għasel. L-Amnesia aħjar għal wara nofsinhar. Tinżel isfel, u tqabbad ieħor. Ir-riħ għadu ma waqafx ostja. Anzi, kważi kważi jinħass qisu żdied. Taħsibx fiha. Għalxejn. Tixxennaq għal dawk il-jiem fejn kont għadek qiegħed tixxemmex Caxias jew São Pedro do Estoril, magħha. Għalxejn. Taħsibx. Qattajt wisq ħin int tistennieha, u hi għaddejja b'ħajjitha żżommok b'kemm kemm lixka. Għalekk qiegħed hawn, tpejjep, issa, biex ma taħsibx fihom żgur dawk il-jiem. Fuq għandek x'taqra kemm Dune, mhux imbasta bdejtu, lestieħ ostja! Għandek ukoll Romanzo Criminale. Taf kemm-il sena ilek tgħid li ħa taqraħ? U tinsiex li kull ma jonqsok terz ta' Choke biex tlestih. Anzi dak għoġbok ejja. Issa lesti minn dan iż-żumbett, itla' fuq, u kompli mqar lilu.

Kien hemm żmien, żmien twil, fejn kont noqgħd nibgħat lilha f'dawn l-għodwiet. U kont noqgħod negħda fil-fantasiji ta' moħħi, li xi darba jien u hi għad inkunu flimkien, u fejn hemmek imbagħad kien ikolli raġuni valida għalfejn inqum fuq tiegħi u nagħmel xi ħaġa bis-sens. Għalumenu hekk kont naħseb. U kont nagħmilha kieku ġrat tafx. Imma ma ġarax hekk. W issa ħeġġa ma fadallix. U tgħid mhux ħa nieħu ċans ieħor. Ma tarax. Biex nerġgħa nfalli? Biex nerġgħa nweġġgħa? Inżabbab. 

U dan hu, insomma, il-purgatorju li ħloqt jien stess, għalija nnifsi. Fejn ma għandi ħeġġa nagħmel xejn, ħlief naħrab minn ħsibijieti, u l-memorji tiegħi stess. Fejn naħrab biss mid-dieqa, u nipprova ma nixxennaqx għall-affarijiet li issa għaddew. Forsi kieku mort l-uffiċċju kont negħdha b'xi ħaġa. Imma issa li hemm hemm, u għażżien wisq biex immur inkompli wara nofsinhar hemm. Irrid ninqala minn din ir-rutina miżerabbli. Imma mhux llum. Issa hemm il-kotba ... u Netflix ... għodwiet bħal tal-lum huma veru taż-żobb ...


No comments:

Post a Comment