Monday, July 18

Tinkwetax, Gdibtlek Jien

Tinkwetax, gdibtlek jien. Nitkellmu darb'oħra. Kif dejjem ngħidlek insomma. Issa qiegħed wisq żliega biex naħseb ... u sa għada probabbli jkun tard wisq ... u int bqajt ma inbdilt xejn. Eżempju llum, ma nafx għala tagħmel hekk. Din li taqbad tibgħatli, imma biss meta jkollok bżonn xi ħaġa minn għandi. Imbagħad wara, taparsi qisu xejn mhu xejn, kważi lanqas biss nafu lil xulxin. U jien qisni iblaħ dejjem naqa' għalik. Dejjem. Ostja. Mhux ta' b'xejn wara nkun irrid niżżelleġ.

Biex issa għaddiet ġimgħa. Għalfejn kellek tibgħatli? Jiddispjaċini, iva, jiddispjaċini ħafna li ommok qegħda tbati. Jistħoqqilha aħjar. Imma jien xi tridni nagħmel. Għamilna sentejn sħaħ għaddejjin hekk, u nsomma, forsi ftit inqas. U ma kienx hemm ġurnata fejn meta kellek bżonn ma farraġtekx. U ma kienx biżżejjed għalik mid-dehra. U ħallejtni lampa stampa qisni l-iċċassat. Mela issa għalfejn tiġi tgħid lili? 

Eh ha ssiefer lura biex tmur tieħu ħsiebha? Istra, sew tagħmel. Qalbek tajba ma ommok int. Ħaqq għal madonna imma miegħi liba kont. Jien illum għandi bankett, it-tieni biċċa tat-tieġ. Iva iva, tieġ sabiħ ħafna kien. Iva, għandu jkun sabih u tajjeb ħafna wkoll, kurjuż fuq iċ-ċerimonja... Minn fejn ser ittir? Xiex? Minn London City Airport? Imma xiex, int ħaqq alla bis-serjetà? Xiex, issa qegħdha tiġri warajja? Minn London City veru ha ttir? Eh sewwa. Titjira tal-16:05. Heq ... xi tridni ngħidlek .... ħaqq alla hux ... Iva, jien l-ikla viċin istra. Għaxar minuti kollox bogħod mill-ajruport. Kemm naqsam il-kanal. Kif? Niltaqgħu? Ma nafx għandix ħin. Kif? Ħa tistennieni Costa? Kif ninżel minn fuq id-DLR? Heq, forsi taranimela hux għadni West Ham bħalissa, ħa naqbadha issa ...

U ma kienux erbgħa messaġġi, ħaqq dak alla. Qalbi ttaqtaq, tant li hekk kif fetħet il-bieba tad-DLR, f'dik is-sħana mhx soltu ta' Londra, għoddu tani ħass ħażin. Next stop, Pontoon Dock. This is a DLR service to Woolwich Arsenal. Mind the gap between the train and the platform. Ħaqq alla. Ma nafx għala għedtlek iva. Forsi jien mażokist, nieħu gost naħqar lili nnifsi.

Qaħbeċ. Issa li rajtek. Għadek sabiħa daqs dejjem. Jekk mhux itkar. Ma kontx insejtek, imma kont qbadt inderri mingħajrek. Hello. Kif int? Long time, no see. U żgur. Minn meta konna Lisbona, u wara kien deherlek li titlaqni fuq telefonata kienet idea tajba. F'għoxx ir-relazzjonijiet à lungha distanza. Tidher tajba. Qisu Bristol qed tittrattak sew. Dak ix-xagħar bjond, twil, jmewweġ tul dahrek kollu. Kemm int mazza, ostja. Bilħaqq u żgur, kellek it-tieġ ta' Carmen hux. Nispera ħadtu gost. E u bqajt ġimgħa sħiħa Ċipru. Ahh tajjeb hekk, ġimgħa ħdejn il-baħar ... dejjem hekk ħabbejt int. Infatti tidher samra. Kemm tixraqlek xemata. Dak ix-xahar bjond u għajnejn ċari ma ġilda mbewwsa mix-xemx. 

U mill-bqija x'minnek? Eh iva, dejqitek Bristol? Diġá ostja? Heq Lisbona kienet sabiħa, iva. Kellna erbgħa memorji. Mhux għax nixtieq niftakarhom. Għalfejn trid terġgħa tiftaħli l-ferita? F'għoxx kemm għandek. Ma tantx għandek bagalji miegħek. Iva hux, bil-hand luggage biss tirranġa. Ħaqq alla, fejn sejra issa? Eh sal-loki? Iva, tinkwetax. Issa noqgħod jien mal-bagalji, mhumiex ħafna. F'għoxx kemm għandek...

Qas naf kif għandi nħares lejk, int u tqum u timxi l'hemm. Nafek biżżejjed li qed tagħmilieli apposta, biex inħarislek lejn sormok int u miexja l'hemm. Għadni ma ħfirtlekx. Għadni mweggħa'. U int għadek sabiħa. Ma nafx ħaqqekx li ngħidlek biss biss. Imma nsomma, int dejjem kont kapaċi taqrani qisni ktieb miftuħ, iġifieri taf x'qed naħseb. Almenu meta ridt int insomma. 

...

Hawn. Le le ma ġejtx warajk. Anke jien kelli bżonn ftit il-loki. Tinkwetax ġibt kollox miegħi, ma ħallejt xejn warajja. Hawn ħa dan il-basket tiegħek ...

Iġġudikani kemm trid, imma ma nafx kif ma stajtx naqbad inbusek kif tajtni dik il-ħarsa. Dik il-ħarsa li kienet, u mid-dehra għadha, tħollni qisni kaxxa butir fix-xemx Maltija t'Awwissu, dik li taqli l-ankri, u butir ġġibu lura ħalib maqtugħ. 

Kif stajt inħallik tharisli minn taħt waqt li tigdem xofftok t'isfel. Qaħbeċ inix raġel dgħajjef, biex b'ħarsa waħda waqajt għalik b'dan il-mod. Xufftejk l-istess togħma għadhom, dik il-ħlewwa taċ-ċirasa, ta' dak il-lip gloss minn Boots, li tant tħobb tuża. 

U hemm f'l-istess loki dħalna t-tnejn. Hemm fejn għal ftit insejna kollox. Jien insejt kemm weġġajtni u kemm dejjem tkun egoistà miegħi, u int, insejt ftit l-idea li int wisq miġnuna għalija. Bil-qegħdha nofsi fuq il-loki u nofsi fuq il-bagalji, meta' int tlajt fuqi, rkibtni. U hekk qagħdna, nqandlek riekba fuqi, u ma kull tqandila,  nisma' lilek tingħi u nħossni aħjar. Hekk kif kont iggranfata mad-daqna, tbusli wiċċi, għal darb oħra erġajt ħassejtek. Kont ħsibt li qatt mhu ha nerġgħu inkunu hekk. U għal darb oħra, ġbidtlek xahrek u bistlek għonqok u nżiltlek għal sidrek, itkar ma int bqajt fuqi toqmos iktar milli nqandlek jien ...

Għoxrin minuta, ġo loki, taż ajruport, mhux ċajta. Imma naħseb iss' aħjar naħsiblu. Irrid mmur il-bankett. Irrid insib x'imkien fejn inbiddel. Mhux sejjer b'jeans imtebba' u flokk kollu għaraq. U int, naħseb sarlek il-ħin għal ajruplan. Mur mur, jonqsok il-kju tas-sigurta kollu. Din kienet ta' bla ħsieb. Iva ta' bla ħsieb dejjem tajjeb. Jew le? Aħjar mmur. Iva, imbagħad nibgħatlek ...

Imma hekk, fl-aħħar. Din id-darba spċċajna fuq nota tiegħi 'ssa, mhux bħal meta tlaqtni int, bla ma konna lanqas biss erġajna lħaqna ltqajna, wara Lisbona. Dawk ix-xhur kollha ilu. Biex issa xi trid? Għaliex qed terġgħa tibgħat? Miegħi trid tgerger li misierek ma jistgħax jiġi għalik? Lanqas biss irrid inkellmek. Mhux imbilli ħadna nejka iġifieri li issa ħfirtlek. Jew li qisu xejn mhu xejn. Anzi, forsi 'ssa għandi s-saħħa nitbiegħed minnek. Dik l-istess saħħa li sa ftit siegħat ilu, min jaf fejn kienet. 

Irrid immur ngħinhom jarmaw l-imwejjed. U nġorr il-kaxxi tal-birra. Bilħaqq fejn huma n-numri għal fuq l-imwejjed? Ma rridx inkellmek, għax int minn tiegħek biss jinteresak, u lili ħa terġgħa tarmini hekk kif ma jkollokx bżonni ...

...

Sakra. F'għoxx il-birra. Mhux nara art. Nixtieq nista' nerggħa nisma' leħnek. Imma mhux ħa nċempillek. Tgħid nibgħat? Imma kemm jien falda hux ... dejjem naqa'. Eh, iva għajjiena? Sejra torqod? Heq ok hux, mur orqod hux mela ... 

Tiskanta kif xejn ma jinbidel. Avolja għaddew is-snin u l-pajjiżi minn fuqna. Heq, mur orqod mela hux. Għal ġieħ l-iljieli kollha li għamilt imqajjem miegħek. 

Stenna, veru nixtieq ngħidlek xi ħaġa. Iva naf, digà għedtli li sejra torqod, imma ... Darb'oħra? ... Imma sa darb' oħra il-mument ikun għadda ... X'mument hu? Ma nafx nispjega, taf int, dak il-mument, naqra mgħaffeġ, li għandi ġo moħħi, dak l-imgħaffeġ, bħalissa. Kompli, mur orqod. 

Tinkwetax. Tinkwetax, avolja hi gidba. Avolja nixtieq, li kieku mqar għal darba, int ħabbilt rasek għalija, imma xi tridni ngħidlek. 

Tinkwetax, gdibtlek jien. Nitkellmu darb'oħra. Kif dejjem ngħidlek insomma. Nitkellmu darb'oħra? Inżabbu. Dejjem sal-ponta ta' mnieħrek biss rajt. 

Imma nixtieq il-gidba, x'imkien fil-fond. Nixtieq li jħabbat il-bieb, li tkun int. Imma naf li mhux minnu. Li hi gidba li ngħid lili nnifsi li qatt jistaż jiġri hekk. U issa żlieġa wisq biex naħseb ... 

No comments:

Post a Comment